+Artikolu 107 Offerti bħala pakkett
---+Artikolu 107 1.
---+Artikolu 107 2.
---+Artikolu 107 3.
---+Artikolu 107 4.
---+Artikolu 107 5.

Artikolu 107 Offerti bħala pakkett

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 107 1.
Jekk pakkett ta’ servizzi jew pakkett ta’ servizzi u tagħmir terminali offrut lil konsumatur ikunu jinkludu tal-inqas servizz ta’ aċċess għall-internet jew servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażat fuq in-numri pubblikament disponibbli, l-Artikolu 102(3), l-Artikolu 103(1), l-Artikolu 105 u l-Artikolu 106(1) għandhom japplikaw għall-elementi kollha tal-pakkett inklużi, mutatis mutandis, dawk mhux koperti mod ieħor minn dawk id-dispożizzjonijiet.
Artikolu 107 2.
Fejn il-konsumatur ikollu dritt, taħt il-liġi tal-Unjoni jew taħt il-liġi nazzjonali skont il-liġi tal-Unjoni, itemm kwalunkwe element tal-pakkett kif imsemmi fil-paragrafu 1 qabel tmiem iż-żmien miftiehem fil-kuntratt minħabba nuqqas ta’ konformità mal-kuntratt jew nuqqas ta’ forniment, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-konsumatur ikollu d-dritt itemm il-kuntratt fir-rigward tal-elementi kollha tal-pakkett.
Artikolu 107 3.
Abbonament għal servizzi addizzjonali jew tagħmir terminali pprovdut jew imqassam mill-istess fornitur ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet jew ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri pubblikament disponibbli ma għandux jestendi id-durata oriġinali tal-kuntratt li miegħu jiżdiedu dawk is-servizzi jew it-tagħmir terminali, sakemm il-konsumatur ma jaqbilx espliċitament mod ieħor meta jabbona għas-servizzi addizzjonali jew it-tagħmir terminali.
Artikolu 107 4.
Il-paragrafi 1 u 3 japplikaw ukoll għal dawk l-utenti finali li jkunu impriżi mikro, impriżi żgħar, jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, sakemm ma jkunux qablu espliċitament li jirrinunzjaw parti minn dawk id-dispożizzjonijiet jew id-dispożizzjonijiet kollha.
Artikolu 107 5.
L-Istati Membri jistgħu japplikaw ukoll il-paragrafu 1 fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet oħrajn stabbiliti f’dan it-Titolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.