|
+Artikolu 123 1. |
Artikolu 123 1.Il-BEREC għandu jissorvelja l-iżviluppi tas-suq u dawk teknoloġiċi rigward it-tipi differenti ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u għandu, sal-21 ta’ Diċembru 2021 u sussegwentement kull tliet snin, jew fuq talba motivata mingħand mill-inqas tnejn mill-membri tiegħu minn Stat Membru, jippubblika opinjoni dwar dawn l-iżviluppi u dwar l-impatt tagħhom fuq l-applikazzjoni tat-Titolu III tal-Parti III. F’dik l-opinjoni, il-BEREC għandu jivvaluta sa fejn it-Titolu III tal-Parti III jissodisfa l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3. L-opinjoni għandha tieħu kont b’mod partikolari tal-kamp ta’ applikazzjoni tat-Titolu III tal-Parti III fir-rigward tat-tipi ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi koperti. Bħala bażi għall-opinjoni, il-BEREC għandu janalizza b’mod partikolari:
(a)
sa fejn l-utenti finali tas-servizzi kollha ta’ komunikazzjonijiet elettronċi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet ħielsa u infurmati, inkluż abbażi ta’ informazzjoni kuntrattwali sħiħa, u jkunu jistgħu jbiddlu faċilment il-fornitur tagħhom ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettronċi;
(b)
sa fejn in-nuqqas tal-kapaċitajiet imsemmija fil-punt (a) irriżulta f’distorsjoni tas-suq jew f’dannu għall-utent finali;
(c)
sa fejn huwa mhedded b’mod tanġibbli l-aċċess effettiv għas-servizzi ta’ emerġenza, b’mod partikolari minħabba żieda fl-użu ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni interpersonali indipendenti min-numri, minn nuqqas ta’ interoperabbiltà jew żviluppi teknoloġiċi;
(d)
l-ispiża probabbli ta’ kwalunkwe riaġġustament tal-obbligi fit-Titolu III tal-Parti III jew l-impatt fuq l-innovazzjoni għal fornituri ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|