+Artikolu 123 Proċedura ta’ reviżjoni speċifika dwar id-drittijiet tal-utent finali
---+Artikolu 123 1.
---+Artikolu 123 2.

Artikolu 123 Proċedura ta’ reviżjoni speċifika dwar id-drittijiet tal-utent finali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 123 1.

Il-BEREC għandu jissorvelja l-iżviluppi tas-suq u dawk teknoloġiċi rigward it-tipi differenti ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u għandu, sal-21 ta’ Diċembru 2021 u sussegwentement kull tliet snin, jew fuq talba motivata mingħand mill-inqas tnejn mill-membri tiegħu minn Stat Membru, jippubblika opinjoni dwar dawn l-iżviluppi u dwar l-impatt tagħhom fuq l-applikazzjoni tat-Titolu III tal-Parti III.

F’dik l-opinjoni, il-BEREC għandu jivvaluta sa fejn it-Titolu III tal-Parti III jissodisfa l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3. L-opinjoni għandha tieħu kont b’mod partikolari tal-kamp ta’ applikazzjoni tat-Titolu III tal-Parti III fir-rigward tat-tipi ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi koperti. Bħala bażi għall-opinjoni, il-BEREC għandu janalizza b’mod partikolari:

(a) 

sa fejn l-utenti finali tas-servizzi kollha ta’ komunikazzjonijiet elettronċi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet ħielsa u infurmati, inkluż abbażi ta’ informazzjoni kuntrattwali sħiħa, u jkunu jistgħu jbiddlu faċilment il-fornitur tagħhom ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettronċi;

(b) 

sa fejn in-nuqqas tal-kapaċitajiet imsemmija fil-punt (a) irriżulta f’distorsjoni tas-suq jew f’dannu għall-utent finali;

(c) 

sa fejn huwa mhedded b’mod tanġibbli l-aċċess effettiv għas-servizzi ta’ emerġenza, b’mod partikolari minħabba żieda fl-użu ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni interpersonali indipendenti min-numri, minn nuqqas ta’ interoperabbiltà jew żviluppi teknoloġiċi;

(d) 

l-ispiża probabbli ta’ kwalunkwe riaġġustament tal-obbligi fit-Titolu III tal-Parti III jew l-impatt fuq l-innovazzjoni għal fornituri ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

Artikolu 123 2.
Il-Kummissjoni, filwaqt li tieħu kont bis-sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC, għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni tat-Titolu III tal-Parti III u tippreżenta proposta leġislattiva biex temenda dak it-Titolu fejn tqis li dan ikun neċessarju biex jiġi żgurat li l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 jibqgħu jiġu sodisfatti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.