B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 53(2), (3) u (4) ta’ din id-Direttiva għandu japplika mill-20 ta’ Diċembru 2018 fejn ikunu ġew stabbiliti kondizzjonijiet armonizzati permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni teknika skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE sabiex ikun permissibbli l-użu tal-ispektrum tar-radju għal netwerks u servizzi- ta’ broadband bla fili. Fir-rigward ta’ baned tal-ispektrum tar-radju li għalihom ma ġewx stabbiliti kondizzjonijiet armonizzati sal-20 ta’ Diċembru 2018, l-Artikolu 53(2), (3) u (4) ta’ din id-Direttiva għandu japplika mid-data tal-adozzjoni tal-miżuri ta’ implimentazzjoni teknika f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE.
B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri meħtieġa għall-konformità mal-Artikolu 54 mill-31 ta’ Diċembru 2020.