+Artikolu 124 Traspożizzjoni
---+Artikolu 124 1.
---+Artikolu 124 2.
---+Artikolu 124 3.

Artikolu 124 Traspożizzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 124 1.

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-21 ta’ Diċembru 2020, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-21 ta’ Diċembru 2020.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma għandhom jinkludu dikjarazzjoni li referenzi f’liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-Direttivi mħassra minn din id-Direttiva għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza u kif dik id-dikjarazzjoni tiġi fformulata.

Artikolu 124 2.

B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 53(2), (3) u (4) ta’ din id-Direttiva għandu japplika mill-20 ta’ Diċembru 2018 fejn ikunu ġew stabbiliti kondizzjonijiet armonizzati permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni teknika skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE sabiex ikun permissibbli l-użu tal-ispektrum tar-radju għal netwerks u servizzi- ta’ broadband bla fili. Fir-rigward ta’ baned tal-ispektrum tar-radju li għalihom ma ġewx stabbiliti kondizzjonijiet armonizzati sal-20 ta’ Diċembru 2018, l-Artikolu 53(2), (3) u (4) ta’ din id-Direttiva għandu japplika mid-data tal-adozzjoni tal-miżuri ta’ implimentazzjoni teknika f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE.

B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri meħtieġa għall-konformità mal-Artikolu 54 mill-31 ta’ Diċembru 2020.

Artikolu 124 3.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.