Artikolu 1
Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas komuni għall-promozzjoni ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli. Hija tistabbilixxi mira vinkolanti tal-Unjoni għas-sehem globali ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija tal-Unjoni fl-2030. Hija tistabbilixxi wkoll regoli dwar appoġġ finanzjarju għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli, dwar l-awtokonsum ta' tali elettriku, dwar l-użu tal-enerġijaminn sorsi rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ u fis-settur tat-trasport, dwar il-kooperazzjoni reġjonali bejn l-Istati Membri,u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, dwar garanziji tal-oriġini, dwar proċeduri amministrattivi u dwar informazzjoni u taħriġ. Hija tistabbilixxi wkoll kriterji ta' sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa.