+Artikolu 3 3d.

Artikolu 3 3d.

Mingħajr preġudizzju għal paragrafu 3, l-Istati Membri ma għandhomx jagħtu appoġġ ġdid jew iġeddu xi appoġġ għall-produzzjoni tal-elettriku mill-bijomassa tal-foresti f’installazzjonijiet tal-elettriku biss, sakemm tali elettriku ma jissodisfax mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

jiġi prodott f’reġjun identifikat fi pjan ta’ tranżizzjoni territorjali ġusta stabbilit skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ) minħabba d-dipendenza tiegħu fuq karburanti fossili solidi, u jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 29(11) ta’ din id-Direttiva;

(b) 

jiġi prodott bl-applikazzjoni tal-qbid u l-ħżin tal-bijomassa tas-CO2 u jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 29(11), it-tieni subparagrafu;

(c) 

jiġi prodott f’reġjun ultraperiferiku, kif imsemmi fl-Artikolu 349 tat-TFUE, għal perjodu limitat u bl-objettiv li jitnaqqas gradwalment, sal-akbar punt possibli, l-użu tal-bijomassa tal-foresti mingħajr ma jiġi affettwat l-aċċess għal enerġija sikura u sigura.

Sal-2027, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-impatt tal-iskemi ta’ appoġġ tal-Istati Membri għall-bijomassa, inkluż dwar il-bijodiversità, dwar il-klima u l-ambjent u dwar id-distorsjonijiet possibbli tas-suq, u għandha tivvaluta l-possibbiltà għal aktar limitazzjonijiet fir-rigward tal-iskemi ta’ appoġġ għall-bijomassa tal-foresti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.