+Artikolu 3 Mira ġenerali vinkolanti tal-Unjoni għall-2030
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 3a.
---+Artikolu 3 3b.
---+Artikolu 3 3c.
---+Artikolu 3 3d.
---+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 3 4a.
---+Artikolu 3 5.
---+Artikolu 3 6.
|
Artikolu 3 Mira ġenerali vinkolanti tal-Unjoni għall-2030
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1.
|
L-Istati Membri għandhom kollettivament jiżguraw li s-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija tal-Unjoni fl-2030 ikun ta’ mill-anqas 42,5 %. L-Istati Membri għandhom kollettivament jagħmlu ħilithom biex iżidu s-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija tal-Unjoni fl-2030 għal 45 %. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mira indikattiva għat-teknoloġija innovattiva tal-enerġija rinnovabbli ta’ mill-anqas 5 % tal-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli installata ġdida sal-2030.
|
|
Artikolu 3 2.
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kontributi nazzjonali biex tintlaħaq kollettivament din il-mira ġenerali stipulata fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu bħala parti mill-pjanijiet integrati nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima skont l-Artikoli 3 sa 5 u 9 sa 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999. Fit-tħejjija tal-abbozz tal-pjanijiet integrati nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima, l-Istati Membri jistgħu jqisu l-formola msemmija fl-Anness II ta' dak ir-Regolament Jekk, abbażi tal-valutazzjoni tal-abbozz ta' pjanijiet integrati nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima mressqa skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2018/1999, il-Kummissjoni tikkonkludi li ll-kontribuzzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri mhumiex biżżejjed biex kollettivament tintlaħaq il-mira ġenerali vinkolanti tal-Unjoni, hija għandha ssegwi l-proċedura stipulata fl-Artikoli 9 u 31, ta' dak ir-Regolament.
|
|
Artikolu 3 3.
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-enerġija mill-bijomassa tiġi prodotta b’mod li jimminimizza effetti distortivi bla bżonn fuq is-suq tal-materja prima tal-bijomassa u impatt negattiv fuq il-bijodiversità, l-ambjent u l-klima. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jqisu l-ġerarkija tal-iskart stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE u għandhom jiżguraw l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-użu kaskata tal-bijomassa, b’enfasi fuq l-iskemi ta’ appoġġ u b’kunsiderazzjoni xierqa għall-ispeċifiċitajiet nazzjonali. Jenħtieġ li l-Istati Membri ifasslu skemi ta’ appoġġ għall-enerġija mill-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa b’tali mod li jevitaw l-inċentivar ta’ perkorsi mhux sostenibbli u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni mas-setturi tal-materjali, bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-bijomassa tal-injam tintuża skont l-ogħla valur miżjud ekonomiku u ambjentali tagħha fl-ordni ta’ prijoritajiet li ġejja:
(a)
prodotti bbażati fuq l-injam;
(b)
l-estensjoni tal-ħajja operattiva ta’ prodotti bbażati fuq l-injam;
|
|
Artikolu 3 3a.
|
L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-prinċipju tal-użu kaskata tal-bijomassa msemmija fil-paragrafu 3 fejn meħtieġ biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw ukoll minn dak il-prinċipju fejn l-industrija lokali ma tkunx kwantitattivament jew teknikament kapaċi tuża l-bijomassa forestali għal valur miżjud ekonomiku u ambjentali li huwa għola mill-produzzjoni tal-enerġija, għal materja prima li ġejja minn:
(a)
attivitajiet meħtieġa ta’ ġestjoni tal-foresti, bil-għan li jiżguraw operazzjonijiet ta’ żbir ta’ qabel il-kummerċjalizzazzjoni jew imwettqa skont il-liġi nazzjonali dwar il-prevenzjoni tan-nirien f’foresti f’żoni ta’ riskju;
(b)
qtugħ ta’ salvataġġ wara xkiel naturali dokumentat; jew
(c)
il-ħsad ta’ ċertu injam li l-karatteristiċi tiegħu mhumiex xierqa għal faċilitajiet ta’ pproċessar lokali.
|
|
Artikolu 3 3b.
|
Mhux aktar minn darba f’sena, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’sommarju tad-derogi mill-prinċipju tal-użu kaskata tal-bijomassa skont il-paragrafu 3a, flimkien mar-raġunijiet għal tali derogi u l-iskala ġeografika li għaliha huma japplikaw. Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubbliċi n-notifiki li tirċievi, u tista’ toħroġ opinjoni pubblika fir-rigward ta’ kwalunkwe waħda minnhom.
|
|
Artikolu 3 3c.
|
L-Istati Membri ma għandhomx jagħtu appoġġ finanzjarju dirett għal:
(a)
l-użu ta’ zkuk għas-serrar, zkuk għall-fuljetti, injam tond ta’ grad industrijali, ġdur u għeruq għall-produzzjoni tal-enerġija;
(b)
il-produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli mill-inċinerazzjoni tal-iskart, sakemm l-obbligi ta’ ġbir separat stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE ma jkunux ġew irrispettati.
|
|
Artikolu 3 3d.
|
Mingħajr preġudizzju għal paragrafu 3, l-Istati Membri ma għandhomx jagħtu appoġġ ġdid jew iġeddu xi appoġġ għall-produzzjoni tal-elettriku mill-bijomassa tal-foresti f’installazzjonijiet tal-elettriku biss, sakemm tali elettriku ma jissodisfax mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
jiġi prodott f’reġjun identifikat fi pjan ta’ tranżizzjoni territorjali ġusta stabbilit skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
11
) minħabba d-dipendenza tiegħu fuq karburanti fossili solidi, u jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 29(11) ta’ din id-Direttiva;
(b)
jiġi prodott bl-applikazzjoni tal-qbid u l-ħżin tal-bijomassa tas-CO2 u jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 29(11), it-tieni subparagrafu;
(c)
jiġi prodott f’reġjun ultraperiferiku, kif imsemmi fl-Artikolu 349 tat-TFUE, għal perjodu limitat u bl-objettiv li jitnaqqas gradwalment, sal-akbar punt possibli, l-użu tal-bijomassa tal-foresti mingħajr ma jiġi affettwat l-aċċess għal enerġija sikura u sigura.
Sal-2027, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-impatt tal-iskemi ta’ appoġġ tal-Istati Membri għall-bijomassa, inkluż dwar il-bijodiversità, dwar il-klima u l-ambjent u dwar id-distorsjonijiet possibbli tas-suq, u għandha tivvaluta l-possibbiltà għal aktar limitazzjonijiet fir-rigward tal-iskemi ta’ appoġġ għall-bijomassa tal-foresti.
|
|
Artikolu 3 4.
|
Mill-1 ta' Jannar 2021, is-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli mill-konsum finali gross tal-enerġija ta' kull Stat Membru m'għandhiex tkun anqas mis- sehem ta' referenza li jidher fit-tielet kolonna tat-tabella fil-Parti A tal-Anness I għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw il-konformità ma' dak is-sehem ta' referenza. Jekk Stat Membru ma jżommx is-sehem ta' referenza tiegħu kif imkejjel fuq perijodu ta' sena, għandhom japplikaw l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 32(4) tar-Regolament (UE) 2018/1999.
|
|
Artikolu 3 4a.
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas, li jista’ jinkludi skemi ta’ appoġġ u miżuri għall-iffaċilitar tal-adozzjoni ta’ ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli, li jippermettu l-varar tal-elettriku rinnovabbli għal livell li jkun konsistenti mal-kontribuzzjoni nazzjonali tal-Istat Membru msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u b’pass li jkun konsistenti mat-trajettorji indikattivi msemmija fl-Artikolu 4, il-punt (a)(2), tar-Regolament (UE) 2018/1999. B’mod partikolari, dak il-qafas għandu jindirizza l-ostakli li jifdal għal livell għoli ta’ provvista tal-elettriku rinnovabbli, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għall-ħruġ ta’ permessi, u għall-iżvilupp tal-infrastruttura meħtieġa tat-trażmissjoni, tad-distribuzzjoni u tal-ħażna, inkluż il-ħażna ta’ enerġija kolokalizzata. Meta jfasslu dak il-qafas, l-Istati Membri għandhom iqisu l-elettriku rinnovabbli addizzjonali meħtieġ biex tiġi ssodisfata d-domanda fis-setturi tat-trasport, tal-industrija, tal-binjiet u tat-tisħin u t-tkessiħ u għall-produzzjoni ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika. L-Istati Membri jistgħu jinkludu sommarju tal-politiki u l-miżuri fl-ambitu tal-qafas u valutazzjoni tal-implimentazzjoni tagħhom, rispettivament, fil-pjanijiet tal-enerġija u tal-klima nazzjonali integrati tagħhom ppreżentata skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u fir-rapporti nazzjonali integrati tagħhom dwar il-progress tal-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament.
|
|
Artikolu 3 5.
|
Il-Kummissjoni għandha tappoġġa l-ambizzjoni kbira tal-Istati Membri permezz ta' qafas abilitanti li jinkludi l-użu aħjar tal-fondi tal-Unjoni inkluż il-fondi addizzjonali għall-faċilitazzjoni ta' tranżizzjoni ġusta tar-reġjuni b'użu intensiv tal-karbonju lejn iżjed ishma ta' enerġija rinnovabbli, b'mod partikolari strumenti finanzjarji, speċjalment għall-għanijiet li ġejjin:
(a)
it-tnaqqis tal-ispiża tal-kapital għal proġetti tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli;
(b)
l-iżvilupp ta' proġetti u programmi għall-integrazzjoni tas-sorsi rinnovabbli f'sistema tal-enerġija, għaż-żieda tal-flessibbiltà tas-sistema tal-enerġija, għaż-żamma tal-istabbiltà tal-grilja u għall-ġestjoni tal-konġestjonijiet fil-grilja;
(c)
l-iżvilupp ta' infrastruttura ta' grilji tat-trasmissjoni u tad-distribuzzjoni, netwerks intelliġenti, faċilitajiet għall-ħżin u interkonnessjonijiet, bil-għan li wieħed jasal għall-mira ta' interkonnessjoni ta' 15 % tal-elettriku sal-2030, sabiex jiżdied il-livell teknikament fattibli u ekonomikament aċċessibbli ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-sistema tal-elettriku;
(d)
it-titjib tal-kooperazzjoni reġjonali bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, permezz ta' proġetti konġunti, skemi ta' appoġġ konġunti u l-ftuħ ta' skemi ta' appoġġ għall-elettriku rinnovabbli għall-produtturi li jinsabu fi Stati Membri oħra.
|
|
Artikolu 3 6.
|
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma faċilitattiva sabiex tappoġġa lill-Istati Membri li jużaw mekkaniżmi ta' kooperazzjoni biex jikkontribwixxu lejn il-mira ġenerali vinkolanti tal-Unjoni billi stiplulata fil-paragrafu 1.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|