+Artikolu 3 5.

Artikolu 3 5.

Il-Kummissjoni għandha tappoġġa l-ambizzjoni kbira tal-Istati Membri permezz ta' qafas abilitanti li jinkludi l-użu aħjar tal-fondi tal-Unjoni inkluż il-fondi addizzjonali għall-faċilitazzjoni ta' tranżizzjoni ġusta tar-reġjuni b'użu intensiv tal-karbonju lejn iżjed ishma ta' enerġija rinnovabbli, b'mod partikolari strumenti finanzjarji, speċjalment għall-għanijiet li ġejjin:

(a) 

it-tnaqqis tal-ispiża tal-kapital għal proġetti tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli;

(b) 

l-iżvilupp ta' proġetti u programmi għall-integrazzjoni tas-sorsi rinnovabbli f'sistema tal-enerġija, għaż-żieda tal-flessibbiltà tas-sistema tal-enerġija, għaż-żamma tal-istabbiltà tal-grilja u għall-ġestjoni tal-konġestjonijiet fil-grilja;

(c) 

l-iżvilupp ta' infrastruttura ta' grilji tat-trasmissjoni u tad-distribuzzjoni, netwerks intelliġenti, faċilitajiet għall-ħżin u interkonnessjonijiet, bil-għan li wieħed jasal għall-mira ta' interkonnessjoni ta' 15 % tal-elettriku sal-2030, sabiex jiżdied il-livell teknikament fattibli u ekonomikament aċċessibbli ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-sistema tal-elettriku;

(d) 

it-titjib tal-kooperazzjoni reġjonali bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, permezz ta' proġetti konġunti, skemi ta' appoġġ konġunti u l-ftuħ ta' skemi ta' appoġġ għall-elettriku rinnovabbli għall-produtturi li jinsabu fi Stati Membri oħra.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.