+Artikolu 5 Il-ftuħ tal-iskemi ta' appoġġ għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
|
Artikolu 5 Il-ftuħ tal-iskemi ta' appoġġ għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt, skont l-Artikoli 7 sa 13 ta' din id-Direttiva, li jiddeċiedu sa fejn jappoġġjaw elettriku minn sorsi rinnovabbli li jiġi prodott fi Stat Membru ieħor. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiftħu l-parteċipazzjoni fi skemi ta' appoġġ għal elettriku minn sorsi rinnovabbli għal produtturi li jinsabu fi Stati Membri oħra, suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu. Meta jiftħu l-parteċipazzjoni fi skemi ta' appoġġ għal elettriku minn sorsi rinnovabbli, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-appoġġ għal sehem indikattiv tal-kapaċità li għadha kif ġiet appoġġata, jew tal-baġit allokat għaliha, f'kull sena tkun miftuħa għalprodutturi li jinsabu fi Stati Membri oħra. Tali ishma indikattivi, f'kull sena, jistgħu jammontaw għal mill-inqas 5 % mill-2023 sal-2026 u mill-inqas 10 % mill-2027 sal-2030, jew fejn inqas, għall-livell ta' interkonnettività tal-Istat Membru kkonċernatfi kwalunkwe sena partikolari. L-Istati Membri jistgħu jorganizzaw skema pilota waħda jew aktar fejn l-appoġġ ikun miftuħ għal ġeneraturi li jinsabu fi Stati Membri oħra sabiex tinkiseb aktar esperjenza ta' implimentazzjoni.
|
|
Artikolu 5 2.
|
L-Istati Membri jistgħu jitolbu prova ta' importazzjoni fiżika ta' elettriku minn sorsi rinnovabbli. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-parteċipazzjoni fl-iskemi ta' appoġġ tagħhom lil produtturi li jinsabu fl-Istati Membri li magħhom hemm konnessjoni diretta permezz ta' interkonnetturi. Madankollu, l-Istati Membri m' għandhomx ibiddlu jew b'mod ieħor jaffettwaw l-iskedi trans-zonali u l-allokazzjoni tal-kapaċità minħabba fil-produtturi li jipparteċipaw fi skemi ta' appoġġ transkonfinali. It-trasferimenti transkonfinali tal-elettriku għandhom jiġu determinati biss bl-eżitu tal-allokazzjoni tal-kapaċità skont il-liġi tal-Unjoni fis-suq intern tal-elettriku.
|
|
Artikolu 5 3.
|
Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jiftaħ il-parteċipazzjoni fi skemi ta' lil produtturi li jinsabu fi Stati Membri oħra, l-Istati Membri rilevanti għandhom jaqblu dwar il-prinċipji ta' din il-parteċipazzjoni. Dawn il-ftehimiet għandhom ikopru mill-inqas il-prinċipji tal-allokazzjoni tal-elettriku li jiġġedded li huwa s-suġġett ta' appoġġ transkonfinali.
|
|
Artikolu 5 4.
|
Il-Kummissjoni għandha, fuq talba tal-Istati Membri rilevanti, tassistihom matul il-proċess tan-negozjati permezz tal-istabbiliment ta' arranġamenti ta' kooperazzjoni billi tipprovdi informazzjoni u analiżi, inkluża data kwantitattiva u kwalitattiva dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji diretti u indiretti tal-kooperazzjoni, kif ukoll permezz ta' gwida u kompetenza teknika. Il-Kummissjoni tista' tinkoraġġixxi jew tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki u tista' tiżviluppa mudelli għal ftehim ta' kooperazzjoni sabiex tiffaċilita l-proċess tan-negozjati. Il-Kummissjoni għandha tevalwa, sal-2025, l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-provvediment tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli fl-Unjoni skont dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 5 5.
|
Sal-2023, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu. Dik l-evalwazzjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa li jiġi introdott obbligu għall-Istati Membri biex jiftħu parzjalment il-parteċipazzjoni fl-iskemi ta' appoġġ tagħhom għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli lil produtturi li jinsabu fi Stati Membri oħra bil-għan li jkun hemm ftuħ ta' 5 % sal-2025 u ftuħ ta' 10 % sal-2030.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|