|
+Artikolu 7 3. |
Artikolu 7 3.Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, il-konsum finali gross ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ għandu jkun ikkalkulat bħala l-kwantità ta' tisħin u tkessiħ distrettwali prodotta fi Stat Membru minn sorsi rinnovabbli, miżjuda bil-konsum ta' enerġija oħra minn sorsi rinnovabbli fl-industrija, fid-djar, fis-servizzi, fl-agrikoltura, fil-forestrija u fis-sajd għal finijiet ta' tisħin, tkessiħ u ta' pproċessar. F'impjanti multi-kombustibbli li jużaw sorsi rinnovabbli u mhux rinnovabbli, għandha tkun ikkunsidrata biss il-parti tat-tisħin u t-tkessiħ prodotta minn sorsi rinnovabbli. Għall-għanijiet ta' dak il-kalkolu, il-kontribut ta' kull sors ta' enerġija għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi tal-kontenut tiegħu ta' enerġija. L-enerġija ambjentali u ġeotermali li tintuża għat-tisħin u t-tkessiħ permezz ta' pompi tas-sħana u sistemi ta' tkessiħ distrettwali għandha titqies għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, dment li l-output finali tal-enerġija jisboq sew l-input ta' enerġija primarja meħtieġ biex jitħaddmu l-pompi tat-tisħin. Il-kwantità ta' sħana jew kesħa li għandha tiġi meqjusa bħala enerġija minn sorsi rinnovabbli għall-għanijiet ta' din id-Direttiva għandha tiġi kkalkulata skont il-metodoloġija stabbilita fl-Anness VII u għandha tqis l-użu tal-enerġija fis-setturi ta' użu aħħari kollha. L-enerġija termali ġġenerata minn sistemi ta' enerġija passiva, li taħthom jinkiseb passivament konsum inqas ta' enerġija permezz tad-disinn tal-bini jew minn sħana ġġenerata minn enerġija minn sorsi mhux rinnovabbli, m'għandhiex tkun ikkunsidrata għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1. Sal-31 ta' Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 35 biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi metodoloġija għall-kalkolu tal-kwantità ta' enerġija rinnovabbli użata għat-tkessiħ u t-tkessiħ distrettwali u temenda l-Anness VII. Dik il-metodoloġija għandha tinkludi fatturi staġonali ta' prestazzjoni minimi għall-pompi tas-sħana li joperaw bil-kontra. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|