+Artikolu 7 Kalkolu tas-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 5.
---+Artikolu 7 6.

Artikolu 7 Kalkolu tas-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1.

Il-konsum finali gross ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli f'kull Stat Membru għandu jkun ikkalkulat bħala s-somma ta':

(a) 

konsum finali gross ta' elettriku minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli;

(b) 

konsum finali gross ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli għat-tisħin u t-tkessiħ; u

(c) 

konsum finali ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport.

Fir-rigward tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), (b), jew (c), il-gass u l-elettriku minn sorsi rinnovabbli għandhom jitqiesu darba biss għall-finijiet tal-kalkolu tas-sehem tal-konsum finali gross tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.

L-enerġija prodotta minn karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika għandha tingħadd fis-settur –– tal-elettriku, tat-tisħin u tat-tkessiħ jew tat-trasport –– fejn tiġi kkunsmata.

Mingħajr preġudizzju ghat-tielet subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jaqblu, permezz ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni speċifiku, li jgħoddu l-karburanti rinnovabbli kollha jew parti minnhom ta’ oriġini mhux bijoloġika kkonsmati fi Stat Membru wieħed lejn is-sehem tal-konsum finali gross tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-Istat Membru fejn dawk il-karburanti jiġu prodotti. Sabiex jiġi mmonitorjat jekk l-istess karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika ma jitqisux kemm fl-istess Stat Membru fejn ġew prodotti kif ukoll fl-Istat Membru fejn ġew ikkonsmati u sabiex jiġi rreġistrat l-ammont magħdud, l-Istat Membri għandhom jinnotifikaw il-Kummissjoni bi kwalunkwe ftehim ta’ kooperazzjoni tali. Tali ftehim ta’ kooperazzjoni, għandu jinkludi l-ammont ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika li għandu jingħadd fit-total u għal kull Stat Membru u d-data li fiha l-ftehim ta’ kooperazzjoni se jkun operazzjonali.

Soġġett għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 29(1), il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa li ma jissodisfawx il-kriterji ta' sostenibbiltà u l-iffrankar fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra stipulati fl-Artikolu 29(2) sa (7) u (10) ma għandhomx jiġu kkunsidrati.

Artikolu 7 2.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), il-konsum finali gross tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli għandu jiġi kkalkolat bħala l-kwantità ta’ elettriku prodott fi Stat Membru minn sorsi rinnovabbli, inkluża l-produzzjoni tal-elettriku minn awtokonsumaturi ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u minn komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u l-elettriku minn karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika u minbarra l-produzzjoni tal-elettriku f’unitajiet ta’ akkumulu ppompjat mill-ilma li qabel kien jiġi ppompjat ’il fuq kif ukoll l-elettriku użat għall-produzzjoni ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika.

F'impjanti multi-kombustibbli li jużaw sorsi rinnovabbli u mhux rinnovabbli, il-parti biss tal-elettriku prodott minn sorsi rinnovabbli għandha tkun ikkunsidrata. Għall-finijiet ta' dak il-kalkolu, il-kontribut ta' kull sors ta' enerġija għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi tal-kontenut tiegħu ta' enerġija.

L-elettriku ġġenerat bl-idroenerġija u bl-enerġija mir-riħ għandu jkun ikkunsidrat skont ir-regoli ta' normalizzazzjoni stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 7 3.
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, il-konsum finali gross ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ għandu jkun ikkalkulat bħala l-kwantità ta' tisħin u tkessiħ distrettwali prodotta fi Stat Membru minn sorsi rinnovabbli, miżjuda bil-konsum ta' enerġija oħra minn sorsi rinnovabbli fl-industrija, fid-djar, fis-servizzi, fl-agrikoltura, fil-forestrija u fis-sajd għal finijiet ta' tisħin, tkessiħ u ta' pproċessar.

F'impjanti multi-kombustibbli li jużaw sorsi rinnovabbli u mhux rinnovabbli, għandha tkun ikkunsidrata biss il-parti tat-tisħin u t-tkessiħ prodotta minn sorsi rinnovabbli. Għall-għanijiet ta' dak il-kalkolu, il-kontribut ta' kull sors ta' enerġija għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi tal-kontenut tiegħu ta' enerġija.

L-enerġija ambjentali u ġeotermali li tintuża għat-tisħin u t-tkessiħ permezz ta' pompi tas-sħana u sistemi ta' tkessiħ distrettwali għandha titqies għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, dment li l-output finali tal-enerġija jisboq sew l-input ta' enerġija primarja meħtieġ biex jitħaddmu l-pompi tat-tisħin. Il-kwantità ta' sħana jew kesħa li għandha tiġi meqjusa bħala enerġija minn sorsi rinnovabbli għall-għanijiet ta' din id-Direttiva għandha tiġi kkalkulata skont il-metodoloġija stabbilita fl-Anness VII u għandha tqis l-użu tal-enerġija fis-setturi ta' użu aħħari kollha.

L-enerġija termali ġġenerata minn sistemi ta' enerġija passiva, li taħthom jinkiseb passivament konsum inqas ta' enerġija permezz tad-disinn tal-bini jew minn sħana ġġenerata minn enerġija minn sorsi mhux rinnovabbli, m'għandhiex tkun ikkunsidrata għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

Sal-31 ta' Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 35 biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi metodoloġija għall-kalkolu tal-kwantità ta' enerġija rinnovabbli użata għat-tkessiħ u t-tkessiħ distrettwali u temenda l-Anness VII.

Dik il-metodoloġija għandha tinkludi fatturi staġonali ta' prestazzjoni minimi għall-pompi tas-sħana li joperaw bil-kontra.

Artikolu 7 4.

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

▼M2

(a) 

Il-konsum finali tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tat-trasport għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma tal-bijokarburanti, tal-bijogass u tal-karburanti rinnovabbli kollha ta’ oriġini mhux bijoloġika kkonsmati fis-settur tat-trasport. Dak għandu jinkludi karburanti rinnovabbli fornuti lill-bunkers marittimi internazzjonali.

▼B

(b) 

Għall-kalkolu tal-konsum finali tal-enerġija fis-settur tat-trasport, għandhom jintużaw il-valuri li jirrigwardaw il-kontenut tal-enerġija tal-karburanti għat-trasport kif stabbilit fl-Anness III. Għad-determinazzjoni tal-kontenut tal-enerġija ta' karburanti tat-trasport mhux inklużi fl-Anness III, l-Istati Membri għandhom jużaw l-istandards tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Istandardizzazzjoni (ESO) rilevanti sabiex jiddeterminaw il-valuri kalorifiċi ta' karburanti. Fejn l-ebda standard ESO ma ġie adottat għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jużaw l-istandards tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Istandardizzazzjoni (ISO) relevanti.

Artikolu 7 5.
Is-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli għandu jkun ikkalkulat bħala l-konsum finali gross ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli diviż bil-konsum finali gross ta' enerġija mis-sorsi kollha ta' enerġija, mogħti bħala perċentwali.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, is-somma msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tiġi aġġustata skont l-Artikoli 8, 10, 12 u 13.

Meta jsir il-kalkolu tal-konsum finali gross tal-enerġija ta' Stat Membru għall-iskop li titkejjel il-konformità tiegħu mal-miri u t-trajettorja indikattiva stipulata f'din id-Direttiva, il-kwantità ta' enerġija kkunsmata fl-avjazzjoni għandha, bħala proporzjon tal-konsum finali gross tal-enerġija ta' dak l-Istat Membru, titqies li mhijiex aktar minn 6,18 %. Fil-każ ta' Ċipru u Malta, l-ammont ta' enerġija ikkonsmata fl-avjazzjoni għandha, bħala proporzjon tal-konsum finali gross tal-enerġija ta' dawk l-Istati Membri, jiġi kkunsidrat li m'huwiex aktar minn 4,12 %.

Artikolu 7 6.
Il-metodoloġija u d-definizzjonijiet użati fil-kalkolu tas-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli għandhom ikunu dawk previsti fir-Regolament (KE) Nru 1099/2008.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-koerenza tal-informazzjoni statistika użata fil-kalkolu ta' dawk l-ishma settorjali u globali u tal-informazzjoni statistika rappurtata lill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.