+Artikolu 8 Il-pjattaforma tal-iżvilupp rinnovabbli tal-Unjoni u trasferimenti statistiċi bejn l-Istati Membri
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.

Artikolu 8 Il-pjattaforma tal-iżvilupp rinnovabbli tal-Unjoni u trasferimenti statistiċi bejn l-Istati Membri

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1.

L-Istati Membri jistgħu jaqblu dwar trasferiment statistiku ta' ammont speċifikat ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli minn Stat Membru wieħed għal Stat Membru ieħor. Il-kwantità trasferita għandha:

(a) 

titnaqqas mill-ammont ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli li jkun ikkunsidrat fil-kalkolu tas-sehem tal-enerġija rinnovabbli tal-Istat Membru li jwettaq it-trasferiment għall-finijiet ta' din id-Direttiva; u

(b) 

tiżdied mal-ammont ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli li jkun ikkunsidrat fil-kalkolu tas-sehem tal-enerġija rinnovabbli tal-Istat Membru li jaċċetta t-trasferiment għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

Artikolu 8 2.
Sabiex tiffaċilita l-kisba tal-mira tal-Unjoni stabbilita fl-Artikolu 3(1) ta' din id-Direttiva, u tal-kontribuzzjoni ta' kull Stat Membru għal dik il-mira skont l-Artikolu 3(2) ta' din id-Direttiva, u sabiex tiffaċilita t-trasferimenti statistiċi skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma għall-iżvilupp rinnovabbli tal-Unjoni (“URDP”). L-Istati Membri jistgħu, fuq bażi volontarja, jippreżentaw lill-URDP id-data annwali dwar il-kontribuzzjonijiet nazzjonali tagħhom għall-mira tal-Unjoni jew kwalunkwe benchmark stabbilit għall-monitoraġġ tal-progress fir-Regolament (UE) 2018/1999, inkluż l-ammont li bih jistennew li ma jilħqux jew li jeċċedu il-kontribuzzjoni tagħhom, u indikazzjoni tal-prezz li lesti li jaċċettaw biex jittrasferixxu kwalunkwe produzzjoni żejda ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli minn Stat Membru ieħor, jew lejħ. Il-prezz ta' dawk it-trasferimenti għandu jiġi stabbilit fuq bażi ta' każ b' każ ibbażat fuq il-mekkaniżmu tat-tqabbil tad-domanda u l-offerta tal-URDP.
Artikolu 8 3.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-URDP tkun tista' tqabbel id-domanda u l-offerta għal ammonti ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli li jitqiesu fil-kalkolu tas-sehem ta' enerġija rinnovabbli ta' Stat Membru - abbażi ta' prezzijiet jew kwalunkwe kriterji oħra speċifikati mill-Istat Membru li jaċċetta t-trasferiment.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 35 biex tissupplimenta din id- Direttiva billi tistabbilixxi l-URDP u li tistipula l-kundizzjonijiet tal-finalizzazzjoni tat-trasferiment kif imsemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 8 4.
L-arranġamenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jista' jkollhom durata ta' sena kalendarja waħda jew aktar. Tali arranġamenti bejn l-Istati Membri għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni jew iffinalizzati fl-URDP mhux aktar tard minn 12-il xahar wara t-tmiem ta' kull sena li fiha jkollhom effett. It-tagħrif mibgħut lill-Kummissjoni għandu jinkludi l-kwantità u l-prezz tal-enerġija involuta. Għal trasferimenti ffinalizzati fl-URDP, il-partijiet involuti u l-informazzjoni dwar it-trasferiment partikolari ta' dawk it-transazzjonijiet għandhom jiġu rilaxxati lill-pubbliku.
Artikolu 8 5.
It-trasferimenti għandhom isiru effettivi wara li l-Istati Membri kollha involuti fit-trasferiment ikunu nnotifikaw it-trasferiment lill-Kummissjoni jew wara li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet ta' kklerjar fuq l-URDP, kif applikabbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.