|
+Artikolu 9 1a. |
Artikolu 9 1a.Sal-31 ta’ Diċembru 2025, kull Stat Membru għandu jaqbel li jistabbilixxi qafas għall-kooperazzjoni fuq proġetti konġunti ma’ Stat Membru wieħed jew aktar għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, soġġett għal dan li ġej:
(a)
sal-31 ta’ Diċembru 2030, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jaqblu li jistabbilixxu mill-inqas żewġ proġetti konġunti;
(b)
sal-31 ta’ Diċembru 2033, l-Istati Membri b’konsum annwali tal-elettriku ta’ aktar minn 100 TWh għandhom jagħmlu ħilithom biex jaqblu li jistabbilixxu t-tielet proġett konġunt. L-identifikazzjoni ta’ proġetti konġunti tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta għandha tkun konsistenti mal-ħtiġijiet identifikati fil-pjanijiet għall-iżvilupp tan-network strateġiku integrat ta’ livell għoli lil hinn mill-kosta għal kull baċir tal-baħar imsemmi fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ) u l-pjan ta’ żvilupp tan-network ta’ għaxar snin għall-Ujoni kollha msemmija fl-Artikolu 31(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2019/943, iżda tista’ tmur lil hinn minn dawk il-ħtiġijiet u tista’ tinvolvi l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-impriżi privati. L-Istati Membri għandhom jaħdmu favur distribuzzjoni ġusta tal-kostijiet u l-benefiċċji ta’ proġetti konġunti. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom iqisu l-kostijiet u l-benefiċċji rilevanti kollha tal-proġett komuni fil-ftehimiet ta’ kooperazzjoni rilevanti. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-ftehimiet ta’ kooperazzjoni, inkluż id-data li fiha l-proġetti konġunti jkunu mistennija li jsiru operazzjonali. Il-proġetti ffinanzjati mill-kontribuzzjonijiet nazzjonali skont il-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli stabbilit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1294 ( 13 ) għandhom jitqiesu li jissodisfaw l-obbligi msemmija fl-ewwel subparagrafu għall-Istati Membri involuti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|