+Artikolu 9 Proġetti konġunti bejn l-Istati Membri
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 1a.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.
---+Artikolu 9 6.
---+Artikolu 9 7a.
|
Artikolu 9 Proġetti konġunti bejn l-Istati Membri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jikkooperaw għal kull tip ta' proġetti konġunti fir-rigward tal-produzzjoni tal-elettriku, it-tisħin jew it-tkessiħ minn sorsi rinnovabbli. Tali kooperazzjoni tista' tinvolvi operaturi privati.
|
|
Artikolu 9 1a.
|
Sal-31 ta’ Diċembru 2025, kull Stat Membru għandu jaqbel li jistabbilixxi qafas għall-kooperazzjoni fuq proġetti konġunti ma’ Stat Membru wieħed jew aktar għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, soġġett għal dan li ġej:
(a)
sal-31 ta’ Diċembru 2030, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jaqblu li jistabbilixxu mill-inqas żewġ proġetti konġunti;
(b)
sal-31 ta’ Diċembru 2033, l-Istati Membri b’konsum annwali tal-elettriku ta’ aktar minn 100 TWh għandhom jagħmlu ħilithom biex jaqblu li jistabbilixxu t-tielet proġett konġunt.
L-identifikazzjoni ta’ proġetti konġunti tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta għandha tkun konsistenti mal-ħtiġijiet identifikati fil-pjanijiet għall-iżvilupp tan-network strateġiku integrat ta’ livell għoli lil hinn mill-kosta għal kull baċir tal-baħar imsemmi fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
12
) u l-pjan ta’ żvilupp tan-network ta’ għaxar snin għall-Ujoni kollha msemmija fl-Artikolu 31(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2019/943, iżda tista’ tmur lil hinn minn dawk il-ħtiġijiet u tista’ tinvolvi l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-impriżi privati. L-Istati Membri għandhom jaħdmu favur distribuzzjoni ġusta tal-kostijiet u l-benefiċċji ta’ proġetti konġunti. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom iqisu l-kostijiet u l-benefiċċji rilevanti kollha tal-proġett komuni fil-ftehimiet ta’ kooperazzjoni rilevanti. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-ftehimiet ta’ kooperazzjoni, inkluż id-data li fiha l-proġetti konġunti jkunu mistennija li jsiru operazzjonali. Il-proġetti ffinanzjati mill-kontribuzzjonijiet nazzjonali skont il-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli stabbilit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1294 (
13
) għandhom jitqiesu li jissodisfaw l-obbligi msemmija fl-ewwel subparagrafu għall-Istati Membri involuti.
|
|
Artikolu 9 2.
|
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-proporzjon jew l-ammont ta' elettriku, tisħin jew tkessiħ minn sorsi rinnovabbli prodott minn kwalunkwe proġett konġunt fit-territorju tagħhom, li beda jaħdem wara 25 ta' Ġunju 2009, jew mill-kapaċità miżjuda ta' impjant li ġie rinovat wara dik id-data, li għandu jkun ikkunsidrat bħala li jgħodd għas-sehem tal-enerġija rinnovabbli ta' Stat Membru ieħor għall-finijiet ta' din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 9 3.
|
In-notifika msemmija fil-paragrafu 2 għandha:
(a)
tiddeskrivi l-impjant propost jew tidentifika l-impjant rinnovat;
(b)
tispeċifika l-proporzjon jew l-ammont ta' elettriku jew tisħin jew tkessiħ prodott mill-impjant li għandu jitqies bħala li jgħodd għas-sehem tal-enerġija rinnovabbli ta' l-Istat Membru l-ieħor;
(c)
tidentifika l-Istat Membru li qed jibbenefika min-notifika; u
(d)
tispeċifika l-perijodu, f'sena kalendarja sħiħa, li matulha l-elettriku jew it-tisħin jew it-tkessiħ prodott mill-impjant minn sorsi rinnovabbli għandu jitqies bħala li jgħodd għas-sehem tal-enerġija rinnovabbli ta' Stat Membru ieħor.
|
|
Artikolu 9 4.
|
It-terminu ta' proġett konġunt msemmi f'dan l-Artikolu jista' jestendi lil hinn mill-2030.
|
|
Artikolu 9 5.
|
Notifika li ssir skont dan l-Artikolu m'għandhiex tinbidel jew tiġi rtirata mingħajr il-qbil konġunt tal-Istat Membru li jagħmel in-notifika u l-Istat Membru identifikat taħt il-punt (c) tal-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 9 6.
|
Il-Kummissjoni għandha, fuq talba mill-Istati Membri kkonċernati, tiffaċilita l-istabbiliment ta' proġetti konġunti bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari permezz ta' assistenza teknika dedikata u assistenza fl-iżvilupp tal-proġetti.
|
|
Artikolu 9 7a.
|
Abbażi tal-għanijiet indikattivi għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta li għandha tiġi varata f’kull baċir tal-baħar, identifikat f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2022/869, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jippubblikaw informazzjoni dwar il-volumi ta’ enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta li jippjanaw li jiksbu permezz ta’ offerti, filwaqt li jqisu l-fattibbiltà teknika u ekonomika għall-infrastruttura tal-grilja u l-attivitajiet li diġà jseħħu. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jallokaw spazju għal proġetti tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta fil-pjanijiet spazjali marittimi tagħhom, filwaqt li jqisu l-attivitajiet li diġà jseħħu fiż-żoni affettwati. Sabiex jiffaċilitaw il-ħruġ tal-permessi għal proġetti konġunti tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta, l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-kumplessità u jżidu l-effiċjenza u t-trasparenza tal-proċedura għall-ħruġ tal-permessi, għandhom isaħħu l-kooperazzjoni bejniethom u għandhom, meta jkun xieraq, jistabbilixxu punt uniku ta’ kuntatt. Sabiex isaħħu l-aċċettazzjoni tal-pubbliku, l-Istati Membri jistgħu jinkludu l-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli fi proġetti konġunti dwar l-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|