|
+Artikolu 11 2. |
Artikolu 11 2.L-elettriku prodott minn sorsi rinnovabbli f'pajjiż terz għandu jkun ikkunsidrat għall-finijiet ta' kalkolu tas-sehem tal-enerġija rinnovabbli tal-Istati Membri biss fejn jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-elettriku jiġi kkunsmat fl-Unjoni, li jiġi kkunsidrat li ġie ssodisfat fejn:
(i)
ammont ekwivalenti ta' elettriku għall-elettriku kkunsidrat ġie nnominat b'mod deċiż għall-kapaċità ta' interkonnessjoni allokata mill-Operaturi tas-Sistema ta' Trasmissjoni fil-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż tad-destinazzjoni u, jekk rilevanti, kull pajjiż terz ta' tranżitu;
(ii)
ammont ekwivalenti ta' elettriku għall-elettriku kkunsidrat ġie rreġistrat b'mod deċiż fl-iskeda ta' bilanċ mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni min-naħa tal-Unjoni ta' interkonnettur; u
(iii)
il-kapaċità nominata u l-produzzjoni tal-elettriku mis-sorsi rinnovabbli permezz tal-installazzjoni msemmija fil-punt (b) għall-istess perijodu ta' żmien;
(b)
l-elettriku jiġi prodott minn impjant li sar operattiv wara l-25 ta' Ġunju 2009 jew permezz taż-żieda fil-kapaċità ta' impjant li ġie rinnovat wara dik id-data, fil-qafas ta' proġett konġunt kif imsemmi fil-paragrafu 1;
(c)
l-ammont ta' elettriku prodott u esportat ma rċeviex appoġġ minn skema ta' appoġġ ta' pajjiż terz minbarra għajnuna għall-investiment li ngħatat lill-impjant; u
(d)
l-elettriku ġie prodott f'konformità mad-dritt internazzjonali, f'pajjiż terz li huwa firmatarju għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, jew konvenzjonijiet internazzjonali jew trattati oħra dwar id-drittijiet tal-bniedem. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|