+Artikolu 11 Proġetti konġunti bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 11 6.
---+Artikolu 11 7.
---+Artikolu 11 8.
|
Artikolu 11 Proġetti konġunti bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
Stat Membru wieħed jew aktar jistgħu jikkooperaw ma' pajjiż terz jew aktar dwar kull tip ta' proġetti konġunti fir-rigward tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli. Din il-kooperazzjoni tista' tinvolvi operaturi privati u għandha isseħħ b'rispett sħiħ tad-dritt internazzjonali.
|
|
Artikolu 11 2.
|
L-elettriku prodott minn sorsi rinnovabbli f'pajjiż terz għandu jkun ikkunsidrat għall-finijiet ta' kalkolu tas-sehem tal-enerġija rinnovabbli tal-Istati Membri biss fejn jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-elettriku jiġi kkunsmat fl-Unjoni, li jiġi kkunsidrat li ġie ssodisfat fejn:
(i)
ammont ekwivalenti ta' elettriku għall-elettriku kkunsidrat ġie nnominat b'mod deċiż għall-kapaċità ta' interkonnessjoni allokata mill-Operaturi tas-Sistema ta' Trasmissjoni fil-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż tad-destinazzjoni u, jekk rilevanti, kull pajjiż terz ta' tranżitu;
(ii)
ammont ekwivalenti ta' elettriku għall-elettriku kkunsidrat ġie rreġistrat b'mod deċiż fl-iskeda ta' bilanċ mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni min-naħa tal-Unjoni ta' interkonnettur; u
(iii)
il-kapaċità nominata u l-produzzjoni tal-elettriku mis-sorsi rinnovabbli permezz tal-installazzjoni msemmija fil-punt (b) għall-istess perijodu ta' żmien;
(b)
l-elettriku jiġi prodott minn impjant li sar operattiv wara l-25 ta' Ġunju 2009 jew permezz taż-żieda fil-kapaċità ta' impjant li ġie rinnovat wara dik id-data, fil-qafas ta' proġett konġunt kif imsemmi fil-paragrafu 1;
(c)
l-ammont ta' elettriku prodott u esportat ma rċeviex appoġġ minn skema ta' appoġġ ta' pajjiż terz minbarra għajnuna għall-investiment li ngħatat lill-impjant; u
(d)
l-elettriku ġie prodott f'konformità mad-dritt internazzjonali, f'pajjiż terz li huwa firmatarju għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, jew konvenzjonijiet internazzjonali jew trattati oħra dwar id-drittijiet tal-bniedem.
|
|
Artikolu 11 3.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 4, l-Istati Membri jistgħu japplikaw lill-Kummissjoni, sabiex jittieħed kont tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli u kkunsmati minn pajjiż terz, fil-kuntest tal-bini ta' interkonnettur b'tul ta' żmien twil ħafna bejn l-Istat Membru u pajjiż terz fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-kostruzzjoni tal-interkonnettur bdiet sal-31 ta' Diċembru 2026;
(b)
m'għandux ikun possibbli li l-interkonnettur isir operattiv sal-31 ta' Diċembru 2030;
(c)
għandu jkun possibbli li l-interkonnettur isir operattiv sal-31 ta' Diċembru 2032;
(d)
wara li jibda jopera, l-interkonnettur ser jintuża għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, skont il-paragrafu 2, tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli;
(e)
l-applikazzjoni tirrigwarda proġett konġunt li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2 u li ser juża l-interkonnettur wara li jibda jaħdem, u għal kwantità ta' elettriku li ma tkunx aktar mill-kwantità li ser tiġi esportata fl-Unjoni wara li l-interkonnettur jibda jaħdem.
|
|
Artikolu 11 4.
|
Il-proporzjon jew l-ammont ta' elettriku prodott minn kwalunkwe impjant fit-territorju ta' pajjiż terz, li għandu jiġi meqjus bħala li jgħodd għas-sehem tal-enerġija rinnovabbli ta' Stat Membru wieħed jew aktar għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, għandu jiġi notifikat lill-Kummissjoni. Meta aktar minn Stat Membru wieħed huwa kkonċernat, id-distribuzzjoni bejn l-Istati Membri ta' dak il-proporzjon jew l-ammont għandha tkun notifikata lill-Kummissjoni. Il-proporzjon jew l-ammont m'għandux jaqbeż il-proporzjon jew l-ammont verament esportat lejn u kkonsmat fl-Unjoni, għandu jikkorrispondi għall-ammont imsemmi fil-punt (a)(i) u (ii) tal-paragrafu 2 u għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) ta' dak il-paragrafu. In-notifika għandha ssir minn kull Stat Membru lil dawk li l-proporzjon jew l-ammont ta' elettriku għandu jgħodd għall-objettiv globali nazzjonali tiegħu.
|
|
Artikolu 11 5.
|
In-notifika msemmija fil-paragrafu 4 għandha:
(a)
tiddeskrivi l-impjant propost jew tidentifika l-impjant rinnovat;
(b)
tispeċifika l-proporzjon jew l-ammont ta' elettriku prodott mill-impjant li għandu jitqies bħala li jgħodd għas-sehem tal-enerġija rinnovabbli ta' Stat Membru kif ukoll, soġġett għar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità, l-arranġamenti finanzjarji ekwivalenti;
(c)
tispeċifika l-perijodu, fi snin kalendarji sħaħ, li matulu l-elettriku għandu jitqies bħala li jgħodd għas-sehem tal-enerġija rinnovabbli tal-Istat Membru; u
(d)
tinkludi dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-għarfien tal-punti (b) u (c) minn pajjiż terz li fit-territorju tiegħu għandu jibda' jaħdem l-impjant u indikazzjoni tal-proporzjoni jew ammont ta' elettriku prodott mill-impjant li ser ikun għall-użu domestiku minn dak il-pajjiż terz.
|
|
Artikolu 11 6.
|
It-terminu ta' proġett konġunt kif imsemmi f'dan l-Artikolu jista' jestendi lil hinn mill-2030.
|
|
Artikolu 11 7.
|
Notifika li ssir taħt dan l-Artikolu għandha tinbidel jew tiġi rtirata biss fejn ikun hemm qbil konġunt bejn l-Istat Membru li jagħmel in-notifika u l-Istat terz li rrikonoxxa l-proġett konġunt skont il-punt (d) tal-paragrafu 5.
|
|
Artikolu 11 8.
|
L-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jinkoraġġixxu lill-korpi rilevanti tal-Komunità tal-Enerġija biex, skont it-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija, jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jippermettu lill-Partijiet Kontraenti japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri stipulati f'din fid-Direttiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|