|
+Artikolu 11 3. |
Artikolu 11 3.Għall-finijiet tal-paragrafu 4, l-Istati Membri jistgħu japplikaw lill-Kummissjoni, sabiex jittieħed kont tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli u kkunsmati minn pajjiż terz, fil-kuntest tal-bini ta' interkonnettur b'tul ta' żmien twil ħafna bejn l-Istat Membru u pajjiż terz fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-kostruzzjoni tal-interkonnettur bdiet sal-31 ta' Diċembru 2026;
(b)
m'għandux ikun possibbli li l-interkonnettur isir operattiv sal-31 ta' Diċembru 2030;
(c)
għandu jkun possibbli li l-interkonnettur isir operattiv sal-31 ta' Diċembru 2032;
(d)
wara li jibda jopera, l-interkonnettur ser jintuża għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, skont il-paragrafu 2, tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli;
(e)
l-applikazzjoni tirrigwarda proġett konġunt li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2 u li ser juża l-interkonnettur wara li jibda jaħdem, u għal kwantità ta' elettriku li ma tkunx aktar mill-kwantità li ser tiġi esportata fl-Unjoni wara li l-interkonnettur jibda jaħdem. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|