|
+Artikolu 15 1. |
Artikolu 15 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull regola nazzjonali li tikkonċerna l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni, ċertifikazzjoni u liċenzjar li huma applikati għal impjanti u netwerks assoċjati ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni għall-produzzjoni tal-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi rinnovabbli, għall-proċess ta’ trasformazzjoni tal-bijomassa f’bijokarburanti, bijolikwidi, karburanti mill-bijomassa jew prodotti tal-enerġija oħra, u għal karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bioloġika jkunu proporzjonati u meħtieġa u jikkonformaw mal-prinċipju l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel. L-Istati Membri għandhom, b'mod partikolari, jieħdu l-passi adatti biex jiżguraw li:
(a)
il-proċeduri amministrattivi huma simplifikati u mgħaġġla fil-livell amministrattiv xieraq u jiġu stabbiliti perijodi ta' żmien prevedibbli għall-proċeduri imsemmija fl-ewwel subparagrafu;
(b)
ir-regoli dwar l-awtorizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni u l-liċenzjar ikunu oġġettivi, trasparenti u proporzjonali, ma jiddiskriminawx bejn l-applikanti u jikkunsidraw bis-sħiħ il-partikolaritajiet ta' teknoloġiji individwali ta' enerġija rinnovabbli;
(c)
it-tariffi amministrattivi mħallsa minn konsumaturi, pjanifikaturi, periti, bennejja u installaturi u fornituri ta' tagħmir u sistemi huma trasparenti u relatati mal-ispiża; u
(d)
proċeduri ta' awtorizzazzjoni simplifikati u inqas ta' xkiel, inkluża proċedura ta' notifika sempliċi, huma stabbiliti għal strumenti deċentralizzati, għall-produzzjoni u l-ħżin tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|