+Artikolu 15 Proċeduri amministrattivi, regolamenti u kodiċijiet
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 2a.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 8.
---+Artikolu 15 9.

Artikolu 15 Proċeduri amministrattivi, regolamenti u kodiċijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull regola nazzjonali li tikkonċerna l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni, ċertifikazzjoni u liċenzjar li huma applikati għal impjanti u netwerks assoċjati ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni għall-produzzjoni tal-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi rinnovabbli, għall-proċess ta’ trasformazzjoni tal-bijomassa f’bijokarburanti, bijolikwidi, karburanti mill-bijomassa jew prodotti tal-enerġija oħra, u għal karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bioloġika jkunu proporzjonati u meħtieġa u jikkonformaw mal-prinċipju l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel.

L-Istati Membri għandhom, b'mod partikolari, jieħdu l-passi adatti biex jiżguraw li:

(a) 

il-proċeduri amministrattivi huma simplifikati u mgħaġġla fil-livell amministrattiv xieraq u jiġu stabbiliti perijodi ta' żmien prevedibbli għall-proċeduri imsemmija fl-ewwel subparagrafu;

(b) 

ir-regoli dwar l-awtorizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni u l-liċenzjar ikunu oġġettivi, trasparenti u proporzjonali, ma jiddiskriminawx bejn l-applikanti u jikkunsidraw bis-sħiħ il-partikolaritajiet ta' teknoloġiji individwali ta' enerġija rinnovabbli;

(c) 

it-tariffi amministrattivi mħallsa minn konsumaturi, pjanifikaturi, periti, bennejja u installaturi u fornituri ta' tagħmir u sistemi huma trasparenti u relatati mal-ispiża; u

(d) 

proċeduri ta' awtorizzazzjoni simplifikati u inqas ta' xkiel, inkluża proċedura ta' notifika sempliċi, huma stabbiliti għal strumenti deċentralizzati, għall-produzzjoni u l-ħżin tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.

Artikolu 15 2.
L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu b’mod ċar kwalunkwe speċifikazzjoni teknika li għandha tiġi ssodisfata minn tagħmir u sistemi ta’ enerġija rinnovabbli sabiex jibbenefikaw minn skemi ta’ appoġġ u jkunu eliġibbli fl-ambitu tal-akkwist pubbliku. Fejn jeżistu standards regolatorji jew armonizzati jew standards Ewropej, inklużi sistemi ta’ referenza teknika stabbiliti mill-organizzazzjonijiet ta’ standardizzazzjoni Ewropej, tali speċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu espressi skont dawk l-istandards. Għandha tingħata preċedenza lill-istandards regolatorji u armonizzati, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għal-liġi tal-Unjoni, inklużi r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ) u d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ). Fin-nuqqas tagħhom, għandhom jintużaw standards armonizzati oħrajn u standards Ewropej, f’dik l-ordni. Tali speċifikazzjonijiet tekniċi ma għandhomx jippreskrivu fejn it-tagħmir u s-sistemi għandhom jiġu ċċertifikati u ma għandhomx jimpedixxu l-funzjonament tajjeb tas-suq intern.
Artikolu 15 2a.
L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-ittestjar ta’ teknoloġija innovattiva tal-enerġija rinnovabbli għall-produzzjoni, il-kondiviżjoni u l-ħażna ta’ enerġija rinnovabbli permezz ta’ proġetti pilota f’ambjent reali, għal perjodu ta’ żmien limitat, f’konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni u akkmunpanjat mis-salvagwardji xierqa li jiżguraw it-tħaddim sigur tas-sistema tal-enerġija u li jevitaw impatti sproporzjonati fuq il-funzjonament tas-suq intern, taħt is-superviżjoni ta’ awtorità kompetenti.
Artikolu 15 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali jinkludu dispożizzjonijiet għall-integrazzjoni u l-varar tal-enerġija rinnovabbli, inkluż għall-awtokonsum tal-enerġija rinnovabbli u għall-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, u għall-użu tas-sħana u l-kesħa mormija inevitabbli fl-ippjanar, inkluż fl-ippjanar spazjali bikri, l-iddisinjar, il-bini u r-rinnovazzjoni ta’ infrastruttura urbana, iż-żoni industrijali, kummerċjali jew residenzjali u fl-infrastruttura tal-enerġija u tat-trasport, inklużi n-networks tal-elettriku, tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, tal-gass naturali u tal-karburanti alternattivi. L-Istati Membri, b’mod partikolari, għandhom jinkoraġġixxu l-korpi amministrattivi lokali u reġjonali biex jinkludu t-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi rinnovabbli fl-ippjanar tal-infrastruttura ta’ belt meta xieraq, u biex jikkonsultaw lill-operaturi tan-network sabiex jirriflettu l-impatt tal-programmi ta’ effiċjenza enerġetika u tar-rispons tad-domanda kif ukoll dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-awtokonsum tal-enerġija rinnovabbli u l-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, dwar il-pjanijiet għall-iżvilupp tal-infrastruttura tal-operaturi tan-network.
Artikolu 15 8.
L-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-ostakli regolatorji u amministrattivi għall-ftehimiet dwar ix-xiri ta’ enerġija rinnovabbli fit-tul, u għandhom ineħħu ostakli mhux ġustifikati għal tali ftehimiet u jippromwovu l-adozzjoni tagħhom, inkluż billi jesploraw kif jitnaqqsu r-riskji finanzjarji assoċjati magħhom, b’mod partikolari billi jużaw garanziji ta’ kreditu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-ftehimiet ma jkunux soġġetti għal proċeduri jew imposti sproporzjonati jew diskriminatorji, u li kwalunkwe garanzija tal-oriġini assoċjata tkun tista’ tiġi ttrasferita lix-xerrej tal-enerġija rinnovabbli skont il-ftehim dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli.

L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu l-politiki u l-miżuri tagħhom li jippromwovu l-adozzjoni ta’ ftehimiet dwar ix-xiri ta’ enerġija rinnovabbli fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u fir-rapporti ta’ progress tal-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament. F’dawk ir-rapporti ta’ progress, huma għandhom jipprovdu wkoll indikazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli li hija appoġġjata minn ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli.

Wara l-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-ostakli għal ftehimiet fit-tul dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli u b’mod partikolari għall-varar ta’ ftehimiet transfruntiera dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli u għandha tniedi gwida dwar it-tneħħija ta’ dawk l-ostakli.

Artikolu 15 9.
Sal-21 ta’ Novembru 2025, il-Kummissjoni għandha tqis jekk humiex meħtieġa miżuri addizzjonali biex jappoġġjaw lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi previsti f’din id-Direttiva, inkluż permezz tal-iżvilupp ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni indikattivi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.