L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu b’mod ċar kwalunkwe speċifikazzjoni teknika li għandha tiġi ssodisfata minn tagħmir u sistemi ta’ enerġija rinnovabbli sabiex jibbenefikaw minn skemi ta’ appoġġ u jkunu eliġibbli fl-ambitu tal-akkwist pubbliku. Fejn jeżistu standards regolatorji jew armonizzati jew standards Ewropej, inklużi sistemi ta’ referenza teknika stabbiliti mill-organizzazzjonijiet ta’ standardizzazzjoni Ewropej, tali speċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu espressi skont dawk l-istandards. Għandha tingħata preċedenza lill-istandards regolatorji u armonizzati, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għal-liġi tal-Unjoni, inklużi r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
14
) u d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
15
). Fin-nuqqas tagħhom, għandhom jintużaw standards armonizzati oħrajn u standards Ewropej, f’dik l-ordni. Tali speċifikazzjonijiet tekniċi ma għandhomx jippreskrivu fejn it-tagħmir u s-sistemi għandhom jiġu ċċertifikati u ma għandhomx jimpedixxu l-funzjonament tajjeb tas-suq intern.