+Artikolu 15a 3.
|
Artikolu 15a 3.
L-Istati Membri għandhom jintroduċu miżuri xierqa fir-regolamenti nazzjonali u fil-kodiċijiet tagħhom dwar il-bini u, meta applikabbli, fl-iskemi ta’ appoġġ tagħhom, biex iżidu s-sehem tal-elettriku u t-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi rinnovabbli, prodotti fuq il-post jew fil-qrib kif ukoll enerġija rinnovabbli meħuda mill-grilja fl-istokk tal-bini. Tali miżuri jistgħu jinkludu miżuri nazzjonali relatati ma’ żidiet sostanzjali fl-awtokonsum ta’ enerġija rinnovabbli, il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, il-ħżin tal-enerġija lokali, l-irriċarġjar intelliġenti u rriċarġjar bidirezzjonali, servizzi oħra ta’ flessibbiltà bħar-rispons tad-domanda, u flimkien ma’ titjib fl-effiċjenza enerġetika relatat mal-koġenerazzjoni u rinnovazzjonijiet kbar li jżidu l-għadd ta’ bini b’użu ta’ kważi żero enerġija u bini li jmur lil hinn mir-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija previsti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/31/UE. Sabiex jinkiseb is-sehem indikattiv ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli previst fil-paragrafu 1, l-Istati Membri, fir-regolamenti nazzjonali u fil-kodiċijiet tagħhom dwar il-bini u, meta applikabbli, fl-iskemi ta’ appoġġ tagħhom jew b’mezzi oħra b’effett ekwivalenti, għandhom jirrikjedu l-użu ta’ livelli minimi ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli prodotta fuq il-post jew fil-qrib kif ukoll enerġija rinnovabbli meħuda mill-grilja, fil-binjiet ġodda u fil-binjiet eżistenti li għaddej minn rinnovazzjoni kbira jew tiġdid ta’ sistema ta’ tisħin, skont id- Direttiva 2010/31/UE, meta dak ikun ekonomikament, teknikament u funzjonalment fattibbli. L-Istati Membri għandhom jippermettu li dawk il-livelli minimi jiġu ssodisfati, permezz ta’, fost l-oħrajn, ittisħin u t-tkessiħ distrettwali effiċjenti. Għall-binjiet eżistenti, l-ewwel subparagrafu għandu japplika għall-forzi armati biss dment li l-applikazzjoni tiegħu ma tikkawża l-ebda kunflitt man-natura u mal-għan prinċipali tal-attivitajiet tal-forzi armati u bl-eċċezzjoni ta’ materjal użat b’mod esklussiv għal finijiet militari.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|