+Artikolu 15a L-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-binjiet
---+Artikolu 15a 1.
---+Artikolu 15a 2.
---+Artikolu 15a 3.
---+Artikolu 15a 4.
---+Artikolu 15a 5.
---+Artikolu 15a 6.

Artikolu 15a L-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-binjiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15a 1.
Sabiex jiġu promossi l-produzzjoni u l-użu tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tal-bini, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw sehem nazzjonali indikattiv tal-enerġija rinnovabbli prodotta fuq il-post jew fil-qrib u kif ukoll enerġija rinnovabbli meħuda mill-grilja tal-konsum finali tal-enerġija fis-settur tal-bini tagħhom fl-2030 li jkun konsistenti ma’ mira indikattiva ta’ sehem ta’ mill-anqas 49 % ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tal-bini fil-konsum finali tal-enerġija tal-Unjoni fil-binjiet fl-2030. L-Istati Membri għandhom jinkludu s-sehem nazzjonali indikattiv tagħhom fil-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 kif ukoll informazzjoni dwar kif qed jippjanaw li jilħquh.
Artikolu 15a 2.
L-Istati Membri jistgħu jgħoddu s-sħana u l-kesħa mormija mas-sehem nazzjonali indikattiv msemmi fil-paragrafu 1, sa limitu ta’ 20 % ta’ dak is-sehem. Jekk jiddeċiedu li jagħmlu dan, is-sehem nazzjonali indikattiv għandu jiżdied b’nofs il-perċentwal tas-sħana u l-kesħa mormija użati magħduda għal dak is-sehem.
Artikolu 15a 3.
L-Istati Membri għandhom jintroduċu miżuri xierqa fir-regolamenti nazzjonali u fil-kodiċijiet tagħhom dwar il-bini u, meta applikabbli, fl-iskemi ta’ appoġġ tagħhom, biex iżidu s-sehem tal-elettriku u t-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi rinnovabbli, prodotti fuq il-post jew fil-qrib kif ukoll enerġija rinnovabbli meħuda mill-grilja fl-istokk tal-bini. Tali miżuri jistgħu jinkludu miżuri nazzjonali relatati ma’ żidiet sostanzjali fl-awtokonsum ta’ enerġija rinnovabbli, il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, il-ħżin tal-enerġija lokali, l-irriċarġjar intelliġenti u rriċarġjar bidirezzjonali, servizzi oħra ta’ flessibbiltà bħar-rispons tad-domanda, u flimkien ma’ titjib fl-effiċjenza enerġetika relatat mal-koġenerazzjoni u rinnovazzjonijiet kbar li jżidu l-għadd ta’ bini b’użu ta’ kważi żero enerġija u bini li jmur lil hinn mir-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija previsti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/31/UE.

Sabiex jinkiseb is-sehem indikattiv ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli previst fil-paragrafu 1, l-Istati Membri, fir-regolamenti nazzjonali u fil-kodiċijiet tagħhom dwar il-bini u, meta applikabbli, fl-iskemi ta’ appoġġ tagħhom jew b’mezzi oħra b’effett ekwivalenti, għandhom jirrikjedu l-użu ta’ livelli minimi ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli prodotta fuq il-post jew fil-qrib kif ukoll enerġija rinnovabbli meħuda mill-grilja, fil-binjiet ġodda u fil-binjiet eżistenti li għaddej minn rinnovazzjoni kbira jew tiġdid ta’ sistema ta’ tisħin, skont id- Direttiva 2010/31/UE, meta dak ikun ekonomikament, teknikament u funzjonalment fattibbli. L-Istati Membri għandhom jippermettu li dawk il-livelli minimi jiġu ssodisfati, permezz ta’, fost l-oħrajn, ittisħin u t-tkessiħ distrettwali effiċjenti.

Għall-binjiet eżistenti, l-ewwel subparagrafu għandu japplika għall-forzi armati biss dment li l-applikazzjoni tiegħu ma tikkawża l-ebda kunflitt man-natura u mal-għan prinċipali tal-attivitajiet tal-forzi armati u bl-eċċezzjoni ta’ materjal użat b’mod esklussiv għal finijiet militari.

Artikolu 15a 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-binjiet pubbliċi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, jissodisfaw rwol eżemplari fir-rigward tas-sehem tal-enerġija rinnovabbli użata, f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2010/31/UE u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2012/27/UE. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li dak l-obbligu jiġi ssodisfat billi, fost l-oħrajn, jipprevedu li s-soqfa ta’ binjiet pubbliċi jew pubbliċi privati mħallta jintużaw minn partijiet terzi għal installazzjonijiet li jipproduċu enerġija minn sorsi rinnovabbli.
Artikolu 15a 5.
Meta jitqies li huwa rilevanti, l-Istati Membri jistgħu jippromwovu l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u l-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tal-bini, b’mod partikolari permezz tal-użu tal-akkwist pubbliku.
Artikolu 15a 6.
Sabiex jinkiseb is-sehem indikattiv tal-enerġija rinnovabbli previst fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-użu ta’ sistemi u tagħmir tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli u jistgħu jippromwovu teknoloġija innovattiva, bħal sistemi u tagħmir tat-tisħin u t-tkessiħ elettrifikati, ibbażati fuq sorsi rinnovabbli u intelliġenti, ikkomplementati, meta applikabbli, bil-ġestjoni intelliġenti tal-konsum tal-enerġija fil-binjiet. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jużaw il-miżuri, l-għodod u l-inċentivi xierqa kollha, inklużi, it-tikketti tal-enerġija żviluppati skont ir-Regolament (UE) 2017/1369, iċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija stabbiliti skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2010/31/UE, u ċertifikati jew standards xierqa oħra żviluppati fil-livell tal-Unjoni jew nazzjonali, u għandhom jiżguraw l-għoti ta’ informazzjoni u pariri adegwati dwar alternattivi rinnovabbli u effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija kif ukoll dwar l-istrumenti u l-inċentivi finanzjarji disponibbli għall-promozzjoni ta’ rata ta’ sostituzzjoni akbar ta’ sistemi ta’ tisħin antiki u bidla akbar għal soluzzjonijiet ibbażati fuq l-enerġija rinnovabbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.