+Artikolu 15b Immappjar ta’ żoni meħtieġa għall-kontributi nazzjonali lejn il-mira ġenerali tal-Unjoni dwar l-enerġija rinnovabbli għall-2030
---+Artikolu 15b 1.
---+Artikolu 15b 2.
---+Artikolu 15b 3.
---+Artikolu 15b 4.

Artikolu 15b Immappjar ta’ żoni meħtieġa għall-kontributi nazzjonali lejn il-mira ġenerali tal-Unjoni dwar l-enerġija rinnovabbli għall-2030

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15b 1.
Sal-21 ta’ Mejju 2025, l-Istati Membri għandhom iwettqu mmappjar ikkoordinat għall-varar tal-enerġija rinnovabbli fit-territorju tagħhom biex jidentifikaw il-potenzjal domestiku u s-superfiċje tal-art, is-sottosuperfiċje, żoni tal-baħar jew tal-ilma intern li huma disponibbli kif meħtieġ għall-installazzjoni ta’ impjanti tal-enerġija rinnovabbli, u l-infrastruttura relatata tagħhom, bħal faċilitajiet tal-grilja u tal-ħżin, inkluż il-ħżin termiku, li huma meħtieġa sabiex jintlaħqu mill-anqas il-kontributi nazzjonali tagħhom lejn il-mira ġenerali tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli għall-2030 stabbiliti fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri jistgħu jużaw jew jibnu fuq id-dokumenti jew il-pjanijiet tal-ippjanar spazjali eżistenti tagħhom għal dan il-fini, inklużi l-pjanijiet spazjali marittimi stabbiliti skont id-Direttiva 2014/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 ). L-Istati Membri għandhom jiżguraw koordinazzjoni fost l-awtoritajiet u l-entitajiet nazzjonali, reġjonali u lokali rilevanti kollha, inkluż l-operaturi tan-networks, fl-immappjar taż-żoni meħtieġa, meta xieraq.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali żoni, inklużi l-impjanti tal-enerġija rinnovabbli eżistenti u l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni, huma proporzjonali mat-trajettorji stmati u mal-kapaċità installata ppjanata totali tat-teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima sottomessi skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

Artikolu 15b 2.

Għall-fini tal-identifikazzjoni taż-żoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari:

(a) 

id-disponibbiltà tar-riżorsi tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u l-potenzjal ta’ produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli tat-tipi differenti tat-teknoloġija fis-superfiċje tal-art, is-sottosuperfiċje, żoni tail-baħar jew tal-ilma intern;

(b) 

id-domanda proġettata għall-enerġija, filwaqt li jqisu l-flessibbiltà potenzjali tar-rispons attiv tad-domanda, il-kisbiet mistennija fl-effiċjenza u l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija;

(c) 

id-disponibbiltà tal-infrastruttura rilevanti tal-enerġija, inklużi l-grilji, il-ħżin u għodod oħra ta’ flessibbiltà jew il-potenzjal li tinħoloq jew tiġi aġġornata tali infrastruttura tal-grilja u tal-ħżin.

Artikolu 15b 3.
L-Istati Membri għandhom jiffavorixxu l-użi multipli taż-żoni identifikati b’riżultat tal-obbligu fil-paragrafu 1. Proġetti tal-enerġija rinnovabbli għandhom ikunu kompatibbli mal-użi preeżistenti ta’ dawk iż-żoni.
Artikolu 15b 4.
L-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw u, fejn meħtieġ, jaġġornaw perjodikament iż-żoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari fil-kuntest tal-aġġornament tal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.