+Artikolu 16a 4.
|
Artikolu 16a 4.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-proċess tal-iskrinjar tal-applikazzjonijiet imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Tali proċess tal-iskrinjar għandu jkollu l-għan li jidentifika jekk kwalunkwe mill-proġetti tal-enerġija rinnovabbli għandux probabbiltà kbira li jikkawża effetti negattivi sinifikanti imprevisti fid-dawl tas-sensittività ambjentali taż-żoni ġeografiċi fejn ikun jinsab, li ma jkunux ġew identifikati matul il-valutazzjoni ambjentali tal-pjanijiet li jiddeżinjaw iż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli msemmija fl-Artikolu 15c(1), l-ewwel subparagrafu, ta’ din id-Direttiva mwettqa skont id-Direttiva 2001/42/KE u, meta rilevanti, skont id-Direttiva 92/43/KEE. Tali proċess tal-iskrinjar għandu jkollu wkoll l-għan li jidentifika jekk kwalunkwe mill-proġetti tal-enerġija rinnovabbli jaqgħux fl-ambitu tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2011/92/UE minħabba l-probabbiltà li jikkawża effetti sinifikanti fuq l-ambjent fi Stat Membru ieħor jew minħabba talba ta’ Stat Membru li x’aktarx jiġi milqut b’mod sinifikanti. Għall-fini ta’ tali proċess tal-iskrinjar, l-iżviluppatur tal-proġett għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-proġett tal-enerġija rinnovabbli, dwar il-konformità tiegħu mar-regoli u mal-miżuri identifikati skont l-Artikolu 15c(1), il-punt (b), għaż-żona speċifika ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli, dwar kwalunkwe miżura addizzjonali adottata mill-iżviluppatur tal-proġett u kif dawn il-miżuri jindirizzaw l-impatti ambjentali. L-awtorità kompetenti tista’ titlob lill-applikant jipprovdi informazzjoni addizzjonali disponibbli. Il-proċess tal-iskrinjar relatat mal-applikazzjonijiet għal impjanti ġodda tal-enerġija rinnovabbli għandhom jitlestu fi żmien 45 jum mid-data tal-preżentazzjoni ta’ biżżejjed informazzjoni meħtieġa għal dak il-għan. Madankollu, fil-każ ta’ applikazzjonijiet għal installazzjonijiet b’kapaċità elettrika ta’ inqas minn 150 kW u għal applikazzjonijiet ġodda għar-repowering tal-impjanti tal-enerġija rinnovabbli, il-proċess tal-iskrinjar għandu jitlesta fi żmien 30 jum.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|