+Artikolu 16a Il-proċedura għall-ħruġ tal-permessi fiż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli
---+Artikolu 16a 1.
---+Artikolu 16a 2.
---+Artikolu 16a 3.
---+Artikolu 16a 4.
---+Artikolu 16a 5.
---+Artikolu 16a 6.

Artikolu 16a Il-proċedura għall-ħruġ tal-permessi fiż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16a 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċedura għall-ħruġ tal-permessi msemmija fl-Artikolu 16(1) ma għandhiex taqbeż 12-il xahar għall-proġetti tal-enerġija rinnovabbli fiż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli. Madankollu, fil-każ ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta, il-proċedura għall-ħruġ tal-permess ma għandhiex taqbeż is-sentejn. Meta debitament ġustifikat abbażi ta’ ċirkostanzi straordinarji, l-Istati Membri jistgħu jestendu wieħed minn dawk il-perjodi b’mhux aktar minn sitt xhur. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-iżviluppatur tal-proġett b’mod ċar biċ-ċirkostanzi straordinarji li jiġġustifikaw tali estensjoni.
Artikolu 16a 2.
Il-proċedura għall-ħruġ tal-permessi għar-repowering ta’ impjanti tal-enerġija rinnovabbli u għal installazzjonijiet ġodda b’kapaċità elettrika ta’ inqas minn 150 kW, għall-faċilitajiet tal-ħżin kolokalizzati, inklużi l-faċilitajiet tal-elettriku u termiċi, kif ukoll għall-konnessjoni tagħhom mal-grilja, li jkunu jinsabu fiż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli, ma għandhiex taqbeż is-sitt xhur. Madankollu, fil-każ ta’ proġetti tal-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta, il-proċedura għall-ħruġ tal-permessi ma għandhiex teċċedi 12-il xahar. Meta debitament ġustifikat abbażi ta’ ċirkostanzi straordinarji, bħal abbażi ta’ raġunijiet prevalenti ta’ sikurezza meta l-proġett ta’ repowering ikollu impatt sostanzjali fuq il-grilja jew fuq il-kapaċità, id-daqs jew il-prestazzjoni oriġinali tal-installazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-perjodu ta’ sitt xhur u l-perjodu ta’ 12-il xahar għal proġetti tal-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta jistgħu jiġu estiżi sa sitt xhur. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-iżviluppatur tal-proġett b’mod ċar biċ-ċirkostanzi straordinarji li jiġġustifikaw tali estensjoni.
Artikolu 16a 3.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu, permezz ta’ deroga mill-Artikolu 4(2) u l-Anness II, il-punti 3(a), (b), (d), (h), (i), u 6(c), waħdu jew flimkien mal-punt 13(a), għad-Direttiva 2011/92/UE, fir-rigward ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli, applikazzjonijiet ġodda għal impjanti tal-enerġija rinnovabbli, inklużi -impjanti li jikkombinaw tipi differenti ta’ teknoloġija ta’ enerġija rinnovabbli, u r-repowering tal-impjanti tal-enerġija rinnovabbli f’żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli ddeżinjati għat-teknoloġija rilevanti u l-ħażna ta’ enerġija kolokalizzata,kif ukoll il-konnessjoni ta’ tali mpjanti u ħażna mal-grilja, għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit li titwettaq valutazzjoni tal-impatt ambjentali ddedikata skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2011/92/UE, dment li dawk il-proġetti jikkonformaw mal-Artikolu 15c(1), il-punt (b), ta’ din id-Direttiva. Dik id-dreoga ma għandhiex tapplika għall-proġetti li aktarx iħallu effetti sinifikanti fuq l-ambjent fi Stat Membru ieħor jew meta jintalab dan minn Stat Membru li aktarx ikun ser jintlaqat b’mod sinifikanti, skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2011/92/UE.

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE, l-impjanti tal-enerġija rinnovabbli msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, ma għandhomx ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tagħhom għas-siti ta’ Natura 2000 dment li dawk il-proġetti tal-enerġija rinnovabbli jikkonformaw mar-regoli u l-miżuri stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 15c(1), il-punt (b), ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 16a 4.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-proċess tal-iskrinjar tal-applikazzjonijiet imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Tali proċess tal-iskrinjar għandu jkollu l-għan li jidentifika jekk kwalunkwe mill-proġetti tal-enerġija rinnovabbli għandux probabbiltà kbira li jikkawża effetti negattivi sinifikanti imprevisti fid-dawl tas-sensittività ambjentali taż-żoni ġeografiċi fejn ikun jinsab, li ma jkunux ġew identifikati matul il-valutazzjoni ambjentali tal-pjanijiet li jiddeżinjaw iż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli msemmija fl-Artikolu 15c(1), l-ewwel subparagrafu, ta’ din id-Direttiva mwettqa skont id-Direttiva 2001/42/KE u, meta rilevanti, skont id-Direttiva 92/43/KEE. Tali proċess tal-iskrinjar għandu jkollu wkoll l-għan li jidentifika jekk kwalunkwe mill-proġetti tal-enerġija rinnovabbli jaqgħux fl-ambitu tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2011/92/UE minħabba l-probabbiltà li jikkawża effetti sinifikanti fuq l-ambjent fi Stat Membru ieħor jew minħabba talba ta’ Stat Membru li x’aktarx jiġi milqut b’mod sinifikanti.

Għall-fini ta’ tali proċess tal-iskrinjar, l-iżviluppatur tal-proġett għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-proġett tal-enerġija rinnovabbli, dwar il-konformità tiegħu mar-regoli u mal-miżuri identifikati skont l-Artikolu 15c(1), il-punt (b), għaż-żona speċifika ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli, dwar kwalunkwe miżura addizzjonali adottata mill-iżviluppatur tal-proġett u kif dawn il-miżuri jindirizzaw l-impatti ambjentali. L-awtorità kompetenti tista’ titlob lill-applikant jipprovdi informazzjoni addizzjonali disponibbli. Il-proċess tal-iskrinjar relatat mal-applikazzjonijiet għal impjanti ġodda tal-enerġija rinnovabbli għandhom jitlestu fi żmien 45 jum mid-data tal-preżentazzjoni ta’ biżżejjed informazzjoni meħtieġa għal dak il-għan. Madankollu, fil-każ ta’ applikazzjonijiet għal installazzjonijiet b’kapaċità elettrika ta’ inqas minn 150 kW u għal applikazzjonijiet ġodda għar-repowering tal-impjanti tal-enerġija rinnovabbli, il-proċess tal-iskrinjar għandu jitlesta fi żmien 30 jum.

Artikolu 16a 5.
Wara l-proċess tal-iskrinjar, l-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu awtorizzati minn perspettiva ambjentali mingħajr il-bżonn ta’ kwalunkwe deċiżjoni espliċita mill-awtorità kompetenti, sakemm l-awtorità kompetenti ma tadottax deċiżjoni amministrattiva, li tistabilixxi raġunijiet dovuti ibbażati fuq evidenza ċara, li proġett speċifiku għandu probabbiltà kbira li jikkawża effetti negattivi sinifikanti imprevisti fid-dawl tas-sensittività ambjentali taż-żona ġeografika fejn ikun jinsab il-proġett li ma jistgħux jittaffew bil-miżuri identifikati fil-pjanijiet li jiddeżinjaw iż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli jew proposti mill-iżviluppatur tal-proġett. Tali deċiżjonijiet għandhom ikunu disponibli għall-pubbliku. Tali proġetti tal-enerġija rinovabbli għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont id-Direttiva 2011/92/UE u, jekk applikabbli, għal valutazzjoni skont id-Direttiva 92/43/KEE, li għandha titwettaq fi żmien sitt xhur mid-deċiżjoni amministrattiva li tidentifika probbabiltà għolja ta’ effetti negattivi sinifikanti mhux previsti. Meta debitament ġustifikat abbażi ta’ ċirkostanzi straordinarji, dak il-perjodu ta’ sitt xhur jista’ jiġi estiż sa sitt xhur.

Fil-każ ta’ ċirkostanzi ġustifikati, inkluż fejn meħtieġ biex jiġi aċċelerat il-varar tal-enerġija rinnovabbli biex jintlaħqu l-miri tal-klima u tal-enerġija rinnovabbli, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw proġetti eoliċi u fotovoltajċi solari minn tali valutazzjonijiet.

Fejn l-Istati Membri jeżentaw proġetti eoliċi u fotovoltajċi solari minn dawk il-valutazzjonijiet, l-operatur għandu jadotta miżuri ta’ mitigazzjoni proporzjonati jew, fejn tali miżuri ta’ mitigazzjoni ma humiex disponibbli, miżuri kumpensatorji, li, jekk ma jkunux disponibbli miżuri ta’ kumpens proporzjonati oħra, jistgħu jieħdu l-forma ta’ kumpens monetarju, biex jiġi indirizzat kwalunkwe effett negattiv. Meta dawk l-effetti negattivi jkollhom impatt fuq il-protezzjoni tal-ispeċijiet, l-operatur għandu jħallas kumpens monetarju għall-programmi ta’ protezzjoni tal-ispeċijiet għad-durata tal-operazzjoni tal-impjant tal-enerġija rinnovabbli, sabiex jiġi żgurat jew jittejjeb l-istatus ta’ konservazzjoni tal-ispeċijiet milquta.

Artikolu 16a 6.
Fil-proċedura għall-ħruġ tal-permessi imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-nuqqas ta’ tweġiba mill-awtoritajiet kompetenti sal-iskadenza stabbilita jirriżulta fil-passi amministrattivi intermedjarji speċifiċi li għandhom jitqiesu bħala approvati, għajr meta l-proġett tal-enerġija rinnovabbli speċifiku jkun soġġett għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont il-paragrafu 5 jew meta l-prinċipju ta’ approvazzjoni taċita amministrattiva ma jkunx jeżisti fis-sistema legali nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat. Dan il-paragrafu ma għandhux japplika għal deċiżjonijiet finali dwar l-eżitu tal-proċedura għall-ħruġ tal-permissi, li għandha tkun espliċita. Id-deċiżjonijiet kollha għandhom jkunu disponibbli għall-pubbliku.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.