+Artikolu 16d Il-proċedura għall-ħruġ tal-permessi għall-installazzjoni tat-tagħmir tal-enerġija solari
---+Artikolu 16d 1.
---+Artikolu 16d 2.

Artikolu 16d Il-proċedura għall-ħruġ tal-permessi għall-installazzjoni tat-tagħmir tal-enerġija solari

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16d 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċedura għall-ħruġ tal-permessi msemmija fl-Artikolu 16(1) għall-installazzjoni tat-tagħmir tal-enerġija solari u assi tal-ħżin tal-enerġija kolokalizzati, inklużi l-installazzjonijiet solari integrati fil-bini, fi strutturi artifiċjali eżistenti jew futuri, għajr l-uċuħ tal-ilma artifiċjali, ma għandux jaqbeż it-tlett xhur, dment li l-għan primarju ta’ tali strutturi artifiċjali ma jkunx il-produzzjoni tal-enerġija solari jew il-ħżin tal-enerġija. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 4(2) tal-Anness II, il-punti 3(a) u (b), waħdu jew flimkien mal-punt 13(a), tad-Direttiva 2011/92/UE, tali installazzjoni tat-tagħmir solari għandha tkun eżentata mir-rekwiżit, jekk applikabbli, li ssir valutazzjoni tal-impatt ambjentali ddedikata skont l-Artikolu 2(1) ta’ dik id-Direttiva.

L-Istati Membri jistgħu jeskludu ċerti żoni jew strutturi mill-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu, għall-fini tal-protezzjoni tal-wirt kulturali jew storiku, interessi nazzjonali tad-difiża, jew raġunijiet ta’ sikurezza.

Artikolu 16d 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċedura għall-ħruġ tal-permessi għall-installazzjoni ta’ tagħmir tal-enerġija solari b’kapaċità ta’ 100 kW jew inqas, inkluż għal awtokonsumaturi ta’ sorsi rinnovabbli u komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, ma għandhiex taqbeż ix-xahar. In-nuqqas ta’ tweġiba mill-awtoritajiet jew l-entitajiet kompetenti sal-iskadenza stabbilita wara s-sottomissjoni ta’ applikazzjoni kompluta għandu jirriżulta biex il-permess jitqies li nħareġ, dment li l-kapaċità tat-tagħmir tal-enerġija solari ma taqbiżx il-kapaċità eżistenti tal-konnessjoni mal-grilja tad-distribuzzjoni.

Meta l-applikazzjoni tal-livell limitu kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu twassal għal piż amministrattiv sinifikanti jew għal restrizzjonijiet għat-tħaddim tal-grilja tal-elettriku, l-Istati Membri jistgħu japplikaw livell limitu ta’ kapaċità aktar baxx dment li dan jibqa’ aktar minn 10,8 kW.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.