|
+Artikolu 19 2. |
Artikolu 19 2.Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tinħareġ garanzija tal-oriġini bi tweġiba għal talba minn produttur tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, inklużi karburanti gassużi rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika bħall-idroġenu, sakemm l-Istati Membri ma jiddeċidux, għall-finijiet ta’ kontabbiltà għall-valur tas-suq tal-garanzija tal-oriġini, li ma joħorġux tali garanzija tal-oriġini lil produttur li jirċievi appoġġ finanzjarju minn skema ta’ appoġġ. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu arranġamenti biex jinħarġu garanziji tal-oriġini għall-enerġija minn sorsi ta’ enerġija mhux rinnovabbli. Il-ħruġ ta’ garanziji tal-oriġini jista’ jkun soġġett għal limitu minimu ta’ kapaċità. Garanzija tal-oriġini għandha tkun tad-daqs standard ta’ 1 MWh. Meta xieraq, tali daqs standard jista’ jinqasam f’daqs ta’ frazzjoni, sakemm il-frazzjoni tkun multiplu ta’ 1 Wh. Ma għandhiex tinħareġ aktar minn garanzija tal-oriġini waħda fir-rigward ta’ kull unità ta’ enerġija prodotta. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istess unità ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli titqies darba biss. Għandhom jiġu introdotti proċessi ta’ reġistrazzjoni ssimplifikati u tariffi tar-reġistrazzjoni mnaqqsa għall-installazzjonijiet żgħar ta’ inqas minn 50 kW u għall-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta produttur jirċievi appoġġ finanzjarju minn skema ta' appoġġ, il-valur tas-suq tal-garanzija tal-oriġini għall-istess produzzjoni jittieħed kont tiegħu b'mod adatt fl-iskema ta' appoġġ rilevanti. Għandu jiġi preżunt li il-valur tas-suq tal-garanzija tal-oriġini għall-istess produzzjoni jittieħed kont tiegħu b'mod adatt fil-każijiet li ġejjin:
(a)
meta l-appoġġ finanzjarju jingħata permezz ta' proċedura tal-offerti jew sistema ta' ċertifikati ħodor negozjabbli;
(b)
meta l-valur tas-suq tal-garanziji tal-oriġini jitqies b'mod amministrattiv fil-livell tal-appoġġ finanzjarju; jew
(c)
meta l-garanziji tal-oriġini ma jinħarġux direttament lill-produttur imma lil fornitur jew konsumatur li jixtri l-enerġija jew f’kuntest kompetittiv inkella fi ftehim dwar ix-xiri fit-tul tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli. Sabiex jittieħed kont tal-valur tas-suq tal-garanzija tal-oriġini l-Istati Membri jistgħu, fost l-oħrajn, jiddeċiedu li joħorġu garanzija tal-oriġini lill-produttur u jikkanċellawha immedjatament. Il-garanzija tal-oriġini m'għandhiex funzjoni f'dak li jirrigwarda l-konformità ta' Stat Membru mal-Artikolu 3. It-trasferimenti ta' garanziji tal-oriġini, b'mod separat jew flimkien mat-trasferiment fiżiku tal-enerġija, m'għandux ikollu effett fuq id-deċiżjoni tal-Istati Membri li jużaw trasferimenti statistiċi, proċeduri konġunti jew skemi konġunti ta' appoġġ għall-konformità mal-Artikolu 3 jew fuq il-kalkolu tal-konsum finali gross ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli kkalkulat skont l-Artikolu 7. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|