+Artikolu 19 Garanzija tal-oriġini għal enerġija minn sorsi rinnovabbli
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.
---+Artikolu 19 5.
---+Artikolu 19 6.
---+Artikolu 19 7.
---+Artikolu 19 8.
---+Artikolu 19 9.
---+Artikolu 19 10.
---+Artikolu 19 11.
---+Artikolu 19 12.
---+Artikolu 19 13.
---+Artikolu 19 13a.
|
Artikolu 19 Garanzija tal-oriġini għal enerġija minn sorsi rinnovabbli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1.
|
Għall-finijiet ta' dimostrazzjoni lill-klijenti finali s-sehem jew il-kwantità ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli f'taħlita tal-enerġija tal-fornitur tal-enerġija u fl-enerġija fornuta lill-konsumaturi skont kuntratti kkummerċjalizzati b'referenza għall-konsum tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-oriġini tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli tista' tkun garantita bħala tali fit-tifsira ta' din id-Direttiva, skont kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji.
|
|
Artikolu 19 2.
|
Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tinħareġ garanzija tal-oriġini bi tweġiba għal talba minn produttur tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, inklużi karburanti gassużi rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika bħall-idroġenu, sakemm l-Istati Membri ma jiddeċidux, għall-finijiet ta’ kontabbiltà għall-valur tas-suq tal-garanzija tal-oriġini, li ma joħorġux tali garanzija tal-oriġini lil produttur li jirċievi appoġġ finanzjarju minn skema ta’ appoġġ. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu arranġamenti biex jinħarġu garanziji tal-oriġini għall-enerġija minn sorsi ta’ enerġija mhux rinnovabbli. Il-ħruġ ta’ garanziji tal-oriġini jista’ jkun soġġett għal limitu minimu ta’ kapaċità. Garanzija tal-oriġini għandha tkun tad-daqs standard ta’ 1 MWh. Meta xieraq, tali daqs standard jista’ jinqasam f’daqs ta’ frazzjoni, sakemm il-frazzjoni tkun multiplu ta’ 1 Wh. Ma għandhiex tinħareġ aktar minn garanzija tal-oriġini waħda fir-rigward ta’ kull unità ta’ enerġija prodotta. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istess unità ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli titqies darba biss. Għandhom jiġu introdotti proċessi ta’ reġistrazzjoni ssimplifikati u tariffi tar-reġistrazzjoni mnaqqsa għall-installazzjonijiet żgħar ta’ inqas minn 50 kW u għall-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta produttur jirċievi appoġġ finanzjarju minn skema ta' appoġġ, il-valur tas-suq tal-garanzija tal-oriġini għall-istess produzzjoni jittieħed kont tiegħu b'mod adatt fl-iskema ta' appoġġ rilevanti. Għandu jiġi preżunt li il-valur tas-suq tal-garanzija tal-oriġini għall-istess produzzjoni jittieħed kont tiegħu b'mod adatt fil-każijiet li ġejjin:
(a)
meta l-appoġġ finanzjarju jingħata permezz ta' proċedura tal-offerti jew sistema ta' ċertifikati ħodor negozjabbli;
(b)
meta l-valur tas-suq tal-garanziji tal-oriġini jitqies b'mod amministrattiv fil-livell tal-appoġġ finanzjarju; jew
(c)
meta l-garanziji tal-oriġini ma jinħarġux direttament lill-produttur imma lil fornitur jew konsumatur li jixtri l-enerġija jew f’kuntest kompetittiv inkella fi ftehim dwar ix-xiri fit-tul tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.
Sabiex jittieħed kont tal-valur tas-suq tal-garanzija tal-oriġini l-Istati Membri jistgħu, fost l-oħrajn, jiddeċiedu li joħorġu garanzija tal-oriġini lill-produttur u jikkanċellawha immedjatament. Il-garanzija tal-oriġini m'għandhiex funzjoni f'dak li jirrigwarda l-konformità ta' Stat Membru mal-Artikolu 3. It-trasferimenti ta' garanziji tal-oriġini, b'mod separat jew flimkien mat-trasferiment fiżiku tal-enerġija, m'għandux ikollu effett fuq id-deċiżjoni tal-Istati Membri li jużaw trasferimenti statistiċi, proċeduri konġunti jew skemi konġunti ta' appoġġ għall-konformità mal-Artikolu 3 jew fuq il-kalkolu tal-konsum finali gross ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli kkalkulat skont l-Artikolu 7.
|
|
Artikolu 19 3.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-garanziji tal-oriġini għandhom ikunu validi għal tranżazzjonijiet għal 12-il xahar wara l-produzzjoni tal-unità ta’ enerġija rilevanti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-garanziji tal-oriġini kollha li ma jkunux ġew ikkanċellati jiskadu sa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara l-produzzjoni tal-unità ta’ enerġija. L-Istati Membri għandhom jinkludu l-garanziji tal-oriġini skaduti fil-kalkolu tat-taħlita tal-enerġija residwa.
|
|
Artikolu 19 4.
|
Għall-finijiet tad-divulgazzjoni msemmija fil-paragrafi 8 u 13, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-enerġija jikkanċellaw il-garanziji tal-oriġini sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta’ validità tal-garanzija tal-oriġini. Barra minn hekk, sal-21 ta’ Mejju 2025, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data dwar it-taħlita residwa tal-enerġija tagħhom tiġi ppubblikata fuq bażi annwali.
|
|
Artikolu 19 5.
|
L-Istati Membri jew il-korpi kompetenti maħtura għandhom jissorveljaw il-ħruġ, it-trasferiment u l-ikkanċellar ta' garanziji tal-oriġini. Il-korpi kompetenti maħtura m'għandhomx ikollhom ir-responsabbiltajiet ġeografiċi li jikkoinċidu, u għandhom jkunu indipendenti minn attivitajiet ta' produzzjoni, kummerċ u provvista.
|
|
Artikolu 19 6.
|
L-Istati Membri jew il-korpi kompetenti maħtura għandhom idaħħlu fis-seħħ mekkaniżmi adatti biex jiżguraw li l-garanziji tal-oriġini jinħarġu, jiġu ttrasferiti u jiġu kanċellati elettronikament u jkunu preċiżi, affidabbli u reżistenti għall-frodi. L-Istati Membri u l-korpi kompetenti maħtura għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti li jimponu jikkonformaw mal-istandard CEN - EN 16325.
|
|
Artikolu 19 7.
|
Garanzija tal-oriġini għandha tispeċifika, għall-inqas:
▼M2
(a)
is-sors ta’ enerġija li minnu ġiet prodotta l-enerġija u d-dati ta’ bidu u ta’ tmiem tal-produzzjoni, li jistgħu jiġu speċifikati;
(i)
fil-każ tal-gass rinnovabbli, inklużi l-karburanti gassużi rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika, u t-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli, f’intervall ta’ siegħa jew subsiegħa;
(ii)
għall-elettriku rinnovabbli, f’konformità mal-perjodu tal-issetiljar tal-iżbilanċ kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (15), tar-Regolament (UE) 2019/943;
▼B
(b)
jekk din hijiex relatata ma':
(ii)
il-gass, inkluż l-idroġenu; jew
(iii)
it-tisħin jew it-tkessiħ;
(c)
l-identità, il-post, it-tip u l-kapaċità tal-impjant fejn ġiet prodotta l-enerġija;
(d)
jekk l-impjant ibbenefika minn appoġġ għall-investiment u jekk l-unità tal-enerġija bbenefikat b'xi mod minn skema ta' appoġġ nazzjonali, u t-tip ta' skema ta' appoġġ;
(e)
id-data li fiha l-impjant sar operattiv; u
(f)
id-data u l-pajjiż ta' ħruġ u numru ta' identifikazzjoni uniku.
Informazzjoni simplifikata tista' tkun speċifikata għall-garanziji tal-oriġini minn installazzjonijiet ta' inqas minn 50 kW.
|
|
Artikolu 19 8.
|
Fejn fornitur tal-elettriku huwa meħtieġ juri is-sehem jew il-kwantità ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-taħlita ta' enerġija għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 3(9) tad-Direttiva 2009/72/KE, għandu jagħmel dan billi juża l-garanziji tal-oriġini ħlief:
(a)
rigward is-sehem ta' taħlita tal-enerġija li tikkorrispondi għal offerti kummerċjali mingħajr segwitu, jekk hemm, li għalihom il-fornitur jista' juża it-taħlita residwa; jew
(b)
fejn Stat Membru jiddeċiedi li ma joħorġux garanziji tal-oriġini lil produttur li jirċievi appoġġ finanzjarju minn skema ta' appoġġ.
Meta gass huwa fornut minn network tal-idroġenu jew tal-gass naturali, inklużi karburanti gassużi rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika u l-bijometan, il-fornitur huwa meħtieġ juri lill-konsumaturi finali s-sehem jew il-kwantità tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija tiegħu għall-finijiet tal-Anness 1, it-Taqsima 5 tad-Direttiva 2009/73/KE. Il-fornitur għandu jagħmel dan billi juża l-garanziji tal-oriġini għajr:
(a)
fir-rigward tas-sehem ta’ taħlita tal-enerġija li jikkorrispondi għal offerti kummerċjali mhux intraċċati, jekk hemm, li għalihom il-fornitur jista’ juża it-taħlita residwa tal-enerġija;
(b)
meta Stat Membru jiddeċiedi li ma joħroġx garanziji tal-oriġini lil produttur li jirċievi appoġġ finanzjarju minn skema ta’ appoġġ.
Meta konsumatur jikkonsma gass minn network tal-idroġenu jew tal-gass naturali, inklużi karburanti gassużi rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika u l-bijometan, kif muri fl-offerta kummerċjali mill-fornitur, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-garanziji tal-oriġini li jiġu kkanċellati jikkorrispondu mal-karatteristiċi rilevanti tan-network. Fejn l-Istati Membri għamlu arranġament biex ikollhom garanziji tal-oriġini għal tipi oħra tal-enerġija, il-fornituri għandhom dejjem jużaw għall-iżvelar l-istess tip ta' garanziji tal-oriġini bħall-enerġija fornuta. Bl-istess mod, il-garanziji tal-oriġini maħluqa skont l-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 2012/27/UE jistgħu jintużaw biex jissostanzjaw kwalunkwe rekwiżit li juri l-kwantità tal-elettriku prodott minn koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja. Għall-finijiet tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, fejn l-elettriku jiġi ġġenerat mill-koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja bl-użu ta' sorsi rinnovabbligaranzija tal-oriġini waħda biss li tispeċifika ż-żewġ karatteristiċi, tista' tinħareġ.
|
|
Artikolu 19 9.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-garanziji tal-oriġini maħruġa minn Stati Membri oħrajn skont din id-Direttiva esklużivament bħala evidenza tal-elementi msemmijin fil-paragrafu 1 u l-punti (a) sa (f) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 7. Stat Membru jista' jiċħad ir-rikonoxximent ta' garanzija tal-oriġini biss fil-każ li jkollu dubji bbażati fuq raġunijiet sodi dwar il-preċiżjoni, l-affidabbiltà jew l-awtentiċità tagħha. L-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar tali ċaħda u l-ġustifikazzjoni tagħha.
|
|
Artikolu 19 10.
|
Jekk il-Kummissjoni jirriżultalha li ċaħda għar-rikonoxximent ta' garanzija tal-oriġini ma jkollhiex bażi, il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni li teħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat jirrikonoxxiha.
|
|
Artikolu 19 11.
|
L-Istati Membri ma għandhom jirrikonoxxu garanziji tal-oriġini maħruġa minn pajjiżi terzi ħlief meta l-Unjoni tkun ikkonkludiet ftehim ma' dak il-pajjiż terz dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-garanziji tal-oriġini maħruġa mill-Unjoni u sistemi kompatibbli ta' garanziji tal-oriġini stabbiliti f'dak il-pajjiż terz, u biss meta jkun hemm importazzjoni jew esportazzjoni diretta tal-enerġija.
|
|
Artikolu 19 12.
|
Stat Membru jista' jintroduċi, skont il-liġi tal-Unjoni, kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji għall-użu ta' garanziji tal-oriġini skont l-obbligi stipulati fl-Artikolu 3(9) tad-Direttiva 2009/72/KE.
|
|
Artikolu 19 13.
|
Sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tadotta rapport li jivvaluta għażliet biex tiġi stabbilita tikketta ekoloġika għall-Unjoni kollha bil-ħsieb li tippromwovi l-użu ta’ enerġija rinnovabbli ġenerata minn installazzjonijiet ġodda. Il-fornituri għandhom jużaw l-informazzjoni li tinsab fil-garanziji tal-oriġini biex juru l-konformità mar-rekwiżiti ta’ tali tikketta.
|
|
Artikolu 19 13a.
|
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-funzjonament tas-sistema tal-garanziji tal-oriġini u, sat-30 ta’ Ġunju 2025 għandha tivvaluta l-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda tal-garanziji tal-oriġini fis-suq u, fil-każ ta’ żbilanċi, tidentifika l-fatturi rilevanti li jaffettwaw il-provvista u d-domanda.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|