+Artikolu 19 8.

Artikolu 19 8.

Fejn fornitur tal-elettriku huwa meħtieġ juri is-sehem jew il-kwantità ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-taħlita ta' enerġija għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 3(9) tad-Direttiva 2009/72/KE, għandu jagħmel dan billi juża l-garanziji tal-oriġini ħlief:

(a) 

rigward is-sehem ta' taħlita tal-enerġija li tikkorrispondi għal offerti kummerċjali mingħajr segwitu, jekk hemm, li għalihom il-fornitur jista' juża it-taħlita residwa; jew

(b) 

fejn Stat Membru jiddeċiedi li ma joħorġux garanziji tal-oriġini lil produttur li jirċievi appoġġ finanzjarju minn skema ta' appoġġ.

Meta gass huwa fornut minn network tal-idroġenu jew tal-gass naturali, inklużi karburanti gassużi rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika u l-bijometan, il-fornitur huwa meħtieġ juri lill-konsumaturi finali s-sehem jew il-kwantità tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija tiegħu għall-finijiet tal-Anness 1, it-Taqsima 5 tad-Direttiva 2009/73/KE. Il-fornitur għandu jagħmel dan billi juża l-garanziji tal-oriġini għajr:

(a) 

fir-rigward tas-sehem ta’ taħlita tal-enerġija li jikkorrispondi għal offerti kummerċjali mhux intraċċati, jekk hemm, li għalihom il-fornitur jista’ juża it-taħlita residwa tal-enerġija;

(b) 

meta Stat Membru jiddeċiedi li ma joħroġx garanziji tal-oriġini lil produttur li jirċievi appoġġ finanzjarju minn skema ta’ appoġġ.

Meta konsumatur jikkonsma gass minn network tal-idroġenu jew tal-gass naturali, inklużi karburanti gassużi rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika u l-bijometan, kif muri fl-offerta kummerċjali mill-fornitur, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-garanziji tal-oriġini li jiġu kkanċellati jikkorrispondu mal-karatteristiċi rilevanti tan-network.

Fejn l-Istati Membri għamlu arranġament biex ikollhom garanziji tal-oriġini għal tipi oħra tal-enerġija, il-fornituri għandhom dejjem jużaw għall-iżvelar l-istess tip ta' garanziji tal-oriġini bħall-enerġija fornuta. Bl-istess mod, il-garanziji tal-oriġini maħluqa skont l-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 2012/27/UE jistgħu jintużaw biex jissostanzjaw kwalunkwe rekwiżit li juri l-kwantità tal-elettriku prodott minn koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja. Għall-finijiet tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, fejn l-elettriku jiġi ġġenerat mill-koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja bl-użu ta' sorsi rinnovabbligaranzija tal-oriġini waħda biss li tispeċifika ż-żewġ karatteristiċi, tista' tinħareġ.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.