+Artikolu 20 Aċċess għall-grilji u t-tħaddim tagħhom
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.

Artikolu 20 Aċċess għall-grilji u t-tħaddim tagħhom

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 1.
Fejn ikun rilevanti, l-Istati Membri għandhom jevalwaw il-ħtieġa tal-estensjoni tal-infrastruttura tan-netwerk tal-gass eżistenti sabiex jiffaċilitaw l-integrazzjoni tal-gass minn sorsi rinnovabbli.
Artikolu 20 2.
Fejn ikun rilevanti, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-operaturi ta' sistemi ta' trasmissjoni u l-operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni fit-territorju tagħhom jippubblikaw regoli tekniċi skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/73/KE, b'mod partikolari rigward ir-regoli tal-konnessjoni man-netwerk li jinkludu rekwiżiti dwar il-kwalità tal-gass, l-odorazzjoni tal-gass u l-pressjoni tal-gass. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu wkoll mill-operaturi ta' sistemi ta' trasmissjoni u ta' sistemi ta' distribuzzjoni li jippubblikaw it-tariffi ta' konnessjoni biex issir il-konnessjoni tal-gass minn sorsi rinnovabbli ibbażati fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji.
Artikolu 20 3.
Skont l-evalwazzjoni inkluża fil-pjanijiet integrati nazzjonali tagħhom dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u f’konformità mal-Anness I ta’ dak ir-Regolament, dwar il-ħtieġa li jinbnew infrastrutturi ġodda għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali prodotti minn sorsi rinnovabbli bil-għan li tinkiseb il-mira tal-Unjoni ġenerali stipulata fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom, meta rilevanti, jieħdu l-passi meħtieġa bil-għan li tiġi żviluppata infrastruttura distrettwali għall-promozzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi rinnovabbli, bħall-enerġija solari termika, l-enerġija solari fotovoltajka, il-pompi tas-sħana mħaddma mill-elettriku rinnovabbli bl-użu tal-enerġija ambjentali u l-enerġija ġeotermika, teknoloġija oħra tal-enerġija ġeotermika, il-bijomassa, il-bijogass, il-bijolikwidi u s-sħana u l-kesħa mormija, fejn possibbli f’kombinazzjoni mal-ħżin tal-enerġija termika, sistemi tar-rispons tad-domanda u installazzjonijiet li jikkonvertu l-elettriku għas-sħana,.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.