+Artikolu 20a 3.
|
Artikolu 20a 3.
Minbarra r-rekwiżit stipulati fir-Regolament (UE) 2023/1542, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-manifatturi ta’ batteriji domestiċi u industrijali jippermettu aċċess f’ħin reali għal informazzjoni bażika dwar is-sistema tal-ġestjoni tal-batteriji, inkluż il-kapaċità tal-batteriji, l-istat tas-saħħa, l-istat taċ-ċarġ u s-set point tal-potenza, lis-sidien u lill-utenti tal-batteriji, kif ukoll lil partijiet terzi li jaġixxu, bil-kunsens espliċitu, f’isem is-sidien u l-utenti, bħall-impriżi tal-ġestjoni tal-enerġija tal-binjiet u l-parteċipanti fis-suq tal-elettriku, skont termini mhux diskriminatorji, bla ħlas u b’konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri li jirrikjedu li l-manifatturi tal-vetturi jagħmlu disponibbli, f’ħin reali, data tal-vettura relatata mal-istat tas-saħħa tal-batterija, mal-istat taċ-ċarġ tal-batterija, mal-valur programmat tal-enerġija tal-batterija, mal-kapaċità tal-batterija, u. meta xieraq mal-post tal-vetturi elettriċi, għas-sidien u għall-utenti tal-vetturi elettriċi, kif ukoll għall-partijiet terzi li jaġixxu f’isem is-sidien u l-utenti, bħall-parteċipanti fis-suq tal-elettriku u l-fornituri tas-servizzi tal-elettromobbiltà, skont termini mhux diskriminatorji u bla ebda ħlas, f’konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, u minbarra rekwiżiti ulterjuri fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip u s-sorveljanza tas-suq stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
22
).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|