+Artikolu 20a Iffaċilitar tal-integrazzjoni tas-sistema tal-elettriku rinnovabbli
---+Artikolu 20a 1.
---+Artikolu 20a 2.
---+Artikolu 20a 3.
---+Artikolu 20a 4.
---+Artikolu 20a 5.
|
Artikolu 20a Iffaċilitar tal-integrazzjoni tas-sistema tal-elettriku rinnovabbli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 20a 1.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u, jekk d-data jkunu disponibbli għalihom, l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni fit-territorju tagħhom jagħmlu disponibbli data dwar is-sehem tal-elettriku rinnovabbli u l-kontenut tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-elettriku fornut f’kull żona tal-offerti, bl-aktar mod preċiż possibbli f’intervalli ugwali għall-frekwenza tal-aġġustament tas-suq iżda ta’ mhux aktar minn siegħa, bit-tbassir fejn disponibbli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni jkollhom aċċess għad-data meħtieġa. Jekk l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni ma jkollhomx aċċess, skont il-liġi nazzjonali, għad-data kollha meħtieġa, huma għandhom japplikaw is-sistema eżistenti ta’ rapportar tad-data skont n-Netwerk Ewropew ta’ Operaturi ta’ Sistema ta’ Trażmissjoni għall-Elettriku, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2019/944. L-Istati Membri għandhom jipprovdu inċentivi għal modernizzazzjoni tal-grilji intelliġenti biex jimmonitorjaw aħjar il-bilanċ tal-grilja jew jagħmlu disponibbli d-data f’ħin reali. Jekk teknikament disponibbli, l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni għandhom jagħmlu disponibbli wkoll data anonimizzata u aggregata dwar il-potenzjal tar-rispons tad-domanda u l-elettriku rinnovabbli ġġenerat u introdott fil-grilja mill-awtokonsumaturi u mill-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli.
|
|
Artikolu 20a 2.
|
Id-data msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu disponibbli b’mod diġitali b’mod li jiżgura l-interoperabbiltà abbażi ta’ formati armonizzati ta’ data u settijiet ta’ data standardizzati sabiex ikunu jistgħu jintużaw b’mod mhux diskriminatorju mill-parteċipanti fis-suq tal-elettriku, mill-aggregaturi, mill-konsumaturi u mill-utenti finali, u li jkunu jistgħu jinqraw b’apparati ta’ komunikazzjoni elettronika bħas-sistemi ta’ kejl intelliġenti, il-punti tal-irriċarġjar tal-vetturi elettriċi, is-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ u sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija tal-binjiet.
|
|
Artikolu 20a 3.
|
Minbarra r-rekwiżit stipulati fir-Regolament (UE) 2023/1542, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-manifatturi ta’ batteriji domestiċi u industrijali jippermettu aċċess f’ħin reali għal informazzjoni bażika dwar is-sistema tal-ġestjoni tal-batteriji, inkluż il-kapaċità tal-batteriji, l-istat tas-saħħa, l-istat taċ-ċarġ u s-set point tal-potenza, lis-sidien u lill-utenti tal-batteriji, kif ukoll lil partijiet terzi li jaġixxu, bil-kunsens espliċitu, f’isem is-sidien u l-utenti, bħall-impriżi tal-ġestjoni tal-enerġija tal-binjiet u l-parteċipanti fis-suq tal-elettriku, skont termini mhux diskriminatorji, bla ħlas u b’konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri li jirrikjedu li l-manifatturi tal-vetturi jagħmlu disponibbli, f’ħin reali, data tal-vettura relatata mal-istat tas-saħħa tal-batterija, mal-istat taċ-ċarġ tal-batterija, mal-valur programmat tal-enerġija tal-batterija, mal-kapaċità tal-batterija, u. meta xieraq mal-post tal-vetturi elettriċi, għas-sidien u għall-utenti tal-vetturi elettriċi, kif ukoll għall-partijiet terzi li jaġixxu f’isem is-sidien u l-utenti, bħall-parteċipanti fis-suq tal-elettriku u l-fornituri tas-servizzi tal-elettromobbiltà, skont termini mhux diskriminatorji u bla ebda ħlas, f’konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, u minbarra rekwiżiti ulterjuri fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip u s-sorveljanza tas-suq stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
22
).
|
|
Artikolu 20a 4.
|
Minbarra r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (UE) 2023/1804, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti ddeżinjati tagħhom għandhom jiżguraw li l-punti normali ġodda u mibdula tal-irriċarġjar tal-enerġija mhux aċċessibbli għall-pubbliku installati fit-territorju tagħhom ikunu jistgħu jappoġġjaw funzjonalitajiet intelliġenti tal-irriċarġjar u, meta xieraq, l-interfaċċa mas-sistemi ta’ kejl intelliġenti, meta varati fl-Istati Membri, u funzjonalitajiet tal-irriċarġjar bidirezzjonali f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 15(3) u (4) ta’ dak ir-Regolament.
|
|
Artikolu 20a 5.
|
Minbarra r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (UE) 2019/943 u d-Direttiva (UE) 2019/944, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas regolatorju nazzjonali jippermetti sistemi żgħar jew mobbli bħal batteriji domestiċi u vetturi tal-elettriku u riżorsi tal-enerġija deċentralizzati, żgħar oħra li jipparteċipaw fis-swieq tal-elettriku, inkluż il-ġestjoni tal-konġestjoni u l-forniment ta’ servizzi ta’ flessibbiltà u ta’ bbilanċjar, inkluż permezz tal-aggregazzjoni. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-parteċipanti kollha fis-suq tal-elettriku u mal-awtoritajiet regolatorji, jistabbilixxu rekwiżiti tekniċi għall-parteċipazzjoni f’dawk is-swieq, abbażi tal-karatteristiċi tekniċi ta’ dawk is-sistemi. L-Istati Membri għandhom jipprovdu kundizzjonijiet ekwi u parteċipazzjoni nondiskriminatorja għal assi jew sistemi tal-enerġija deċentralizzati, żgħar jew sistemi mobbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|