|
+Artikolu 21 3. |
Artikolu 21 3.L-Istati Membri jistgħu japplikaw imposti u tariffi mhux diskriminatorji u proporzjonati fuq awtokonsumaturi ta' sorsi rinnovabbli, fir-rigward tal-elettriku rinnovabbli awtoġenerat tagħhom, li jibqa' fil-proprjetà tagħhom f'każ wieħed jew aktar tas-segwenti:
(a)
jekk l-elettriku rinnovabbli awtoġenerat huwa appoġġat b'mod effettiv permezz ta' skemi ta' appoġġ, biss sal-punt li l-vijabilità ekonomika tal-proġett u l-effett ta' inċentiv ta' tali appoġġ ma jiġux imminati;
(b)
mill-1 ta' Diċembru 2026, jekk is-sehem globali installazzjonijiet ta' awtokonsum jaqbeż 8 % tal-kapaċità totali installata tal-elettriku tal-Istati Membri, u jekk jintwera, permezz ta' analiżi tal-kost-benefiċċju mwettqa mill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru jekk is-sehem globali ta' installazzjonijiet ta' awto-konsum jaqbeż it-8 % tal-kapaċità totali installata ta' elettriku ta' Stat Membru, li ssir permezz ta' proċess miftuħ, trasparenti u parteċipatorju, li d-dispożizzjoni stipulati fil-punt (a)(ii) tal-paragrafu 2 jew tirriżulta f'piż sproporzjonat sinifikanti fuq is-sostenibbiltà finanzjarja fit-tul tas-sistema, jew toħloq inċentiv li jaqbeż dak li hu oġġettivament meħtieġ biex tinkiseb l-provvista kost-effettiva tal-enerġija rinnovabbli, u li tali piż jew inċentiv ma jistax jitnaqqas billi jittieħdu azzjonijiet raġonevoli oħra; jew
(c)
jekk l-elettriku rinnovabbli awtoġenerat jiġi prodott f'impjanti b'kapaċità elettrika installata totali li taqbeż it-30 kW. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|