+Artikolu 21 Awtokonsumaturi ta' sorsi rinnovabbli
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
---+Artikolu 21 4.
---+Artikolu 21 5.
---+Artikolu 21 6.
---+Artikolu 21 7.

Artikolu 21 Awtokonsumaturi ta' sorsi rinnovabbli

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 21 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi jkunu intitolati li jsiru awtokonsumaturi tas-sorsi rinnovabbli, soġġett għal dan l-Artikolu.
Artikolu 21 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtokonsumaturi ta' sorsi rinnovabbli, individwalment jew permezz ta' aggregaturi, jkunu intitolati sabiex:

(a) 

jiġġeneraw l-enerġija rinnovabbli, inkluż għall-konsum tagħhom stess, jaħżnu u jbigħu l-produzzjoni żejda tagħhom ta' elettriku rinnovabbli, inkluż permezz ta' ftehimiet dwar ix-xiri tal-qawwa elettrika rinnovabbli, arranġamenti ta' negozjar bejn il-pari u l-fornituri, mingħajr ma jkunu soġġetti:

(i) 

fir-rigward tal-elettriku li huma jikkunsmaw minn jew li jitfgħu fil-grilja, għal proċeduri u imposti diskriminatorji jew sproporzjonati, u għall-imposti fuq in-netwerk li ma jirriflettux l-ispejjeż;

(ii) 

fir-rigward tal-elettriku rinnovabbli awtoġenerat tagħhom minn sorsi rinovibbli li jibqa' fil-proprjetà tagħhom, għal proċeduri diskriminatorji jew sproporzjonati, u kwalunkwe imposti jew tariffi;

(b) 

jinstallaw u jħaddmu sistemi ta' ħżin tal-elettriku kkombinati ma' installazzjonijiet li jiġġeneraw l-elettriku rinnovabbli għall-awtokonsum mingħajr ebda responsabbiltà għal xi ħlas doppju, inkluż l-imposti fuq in-netwerk għal elettriku maħżun li jibqa' fil-proprjetà tagħhom;

(c) 

iżommu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom bħala konsumaturi finali;

(d) 

jirċievu remunerazzjoni, inkluż fejn applikabbli, permezz ta' skemi ta' appoġġ, għall-elettriku rinnovabbli awtoġenerat li jitfgħu fil-grilja, li jirrifletti l-valur tas-suq ta' dak l-elettriku u li jista' jqis il-valur u jistgħu jieħdu kont tal-valur fit-tul tal-elettriku li jintefa' fil-grilja, l-ambjent u s-soċjetà.

Artikolu 21 3.

L-Istati Membri jistgħu japplikaw imposti u tariffi mhux diskriminatorji u proporzjonati fuq awtokonsumaturi ta' sorsi rinnovabbli, fir-rigward tal-elettriku rinnovabbli awtoġenerat tagħhom, li jibqa' fil-proprjetà tagħhom f'każ wieħed jew aktar tas-segwenti:

(a) 

jekk l-elettriku rinnovabbli awtoġenerat huwa appoġġat b'mod effettiv permezz ta' skemi ta' appoġġ, biss sal-punt li l-vijabilità ekonomika tal-proġett u l-effett ta' inċentiv ta' tali appoġġ ma jiġux imminati;

(b) 

mill-1 ta' Diċembru 2026, jekk is-sehem globali installazzjonijiet ta' awtokonsum jaqbeż 8 % tal-kapaċità totali installata tal-elettriku tal-Istati Membri, u jekk jintwera, permezz ta' analiżi tal-kost-benefiċċju mwettqa mill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru jekk is-sehem globali ta' installazzjonijiet ta' awto-konsum jaqbeż it-8 % tal-kapaċità totali installata ta' elettriku ta' Stat Membru, li ssir permezz ta' proċess miftuħ, trasparenti u parteċipatorju, li d-dispożizzjoni stipulati fil-punt (a)(ii) tal-paragrafu 2 jew tirriżulta f'piż sproporzjonat sinifikanti fuq is-sostenibbiltà finanzjarja fit-tul tas-sistema, jew toħloq inċentiv li jaqbeż dak li hu oġġettivament meħtieġ biex tinkiseb l-provvista kost-effettiva tal-enerġija rinnovabbli, u li tali piż jew inċentiv ma jistax jitnaqqas billi jittieħdu azzjonijiet raġonevoli oħra; jew

(c) 

jekk l-elettriku rinnovabbli awtoġenerat jiġi prodott f'impjanti b'kapaċità elettrika installata totali li taqbeż it-30 kW.

Artikolu 21 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtokonsumaturi tal-enerġija rinnovabbli li jkunu fl-istess bini, inklużi blokok b'għadd ta' appartamenti, ikunu intitolati biex jieħdu sehem konġunt fl-attivitajiet msemmija fil-paragrafu 2 u li jkunu permessi jagħmlu arranġamenti bejniethom għall-kondiviżjoni tal-enerġija rinnovabbli li tkun prodotta fis-sit jew siti tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-imposti fuq in-netwerk u imposti, ħlasijiet, tariffi u taxxi rilevanti oħra applikabbli għal kull awtokonsumatur tal-enerġija rinnovabbli. L-Istati Membri jistgħu jiddifferenzjaw bejn awtokonsumaturi tas-sorsi rinnovabbli individwalli u awtokonsumaturi tas-sorsi rinnovabbli li jaġixxu b'mod konġunt. Tali trattament differenti għandu jkun proporzjonat u ġustifikat kif xieraq.
Artikolu 21 5.
L-installazzjoni ta' awtokonsumatur ta' sorsi rinnovabbli tista' tkun proprjetà ta' parti terza jew tiġi ġestita minn parti terza għall-installazzjoni, l-operat, inkluż il-kejl tal-konsum, u l-manutenzjoni dment li l-parti terza tibqa' soġġetta għall-istruzzjonijiet tal-awtokonsumaturi ta' sorsi rinnovabbli. Il-parti terza nnifsha m'għandhiex titqies bħala awtokonsumatur ta' sorsi rinnovabbli.
Artikolu 21 6.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas ta' abilitazzjoni li jippromwovi u jiffaċilita l-iżvilupp ta' awtokonsum ta' sorsi rinnovabbli bbażat fuq valutazzjoni tal-ostakli mhux ġustifikati eżistenti u tal-potenzjal ta' awtokonsum ta' sorsi rinnovabbli fit-territorji tagħhom u n-netwerks tal-enerġija. Dak il-qafas abilitanti għandu, inter alia:

(a) 

jindirizza l-aċċessibbiltà ta' awtokonsum ta' sorsi rinnovabbli għall-konsumaturi finali kollha, inklużi dawk f'unitajiet domestiċi bi dħul baxx jew vulnerabbli;

(b) 

jiġu indirizzati l-ostakli mhux ġustifikati għall-finanzjament ta' proġetti fis-suq u miżuri li jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzjament;

(c) 

jindirizzaw ostakli regolatorji mhux ġustifikati oħra għall-awtokonsum ta' sorsi rinnovabbli, anke għall-inkwilini;

(d) 

jindirizzaw inċentivi għas-sidien tal-bini biex joħolqu opportunitajiet ta' awtokonsum ta' sorsi rinnovabbli inkluż għall-inkwilini;

(e) 

jagħti lill-awtokonsumaturi ta' sorsi rinnovabbli, għall-elettriku rinnovabbli awtoġenerat li jitfgħu fil-grilja, aċċess mhux diskriminatorju għal skemi ta' appoġġ rilevanti eżistenti kif ukoll għas-segmenti kollha tas-suq tal-elettriku;

(f) 

jiżguraw li l-awtokonsumaturi rinnovabbli jikkontribwixxu b'mod adegwat u bbilanċjat għall-kondiviżjoni tal-ispejjeż ġenerali tas-sistema meta l-elettriku jiġi mitfuħ fil-grilja.

L-Istati Membri għandhom jinkludu sommarju tal-politiki u l-miżuri taħt il-qafas ta' appoġġ u valutazzjoni tal-implimentazzjoni tagħhom rispettivament fil-pjanijiet nazzjonali integrat tagħhom dwar l-enerġija u l-klima u fir-rapporti ta' progress tagħhom, skont ir-Regolament (UE) 2018/1999.

Artikolu 21 7.
Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 TFUE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.