|
+Artikolu 22 4. |
Artikolu 22 4.L-Istati Membri għandhom jipprovdu qafas li jippermetti l-promozzjoni u l-faċilitazzjoni tal-iżvilupp tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli. Dak il-qafas għandu jiżgura, inter alia, li:
(a)
jitneħħew l-ostakli regolatorji u amministrattivi mhux ġustifikati għall-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli;
(b)
il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli li jfornu l-enerġija jew jipprovdu servizzi ta' aggregazzjoni jew servizzi oħra kummerċjali tal-enerġija huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet rilevanti għal tali attivitajiet;
(c)
l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni rilevanti jikkoopera mal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli biex jiffaċilita t-trasferimenti tal-enerġija fil-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli;
(d)
il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli huma soġġetti għal proċeduri ġusti, proporzjonata u trasparenti, inkluż proċeduri ta' reġistrazzjoni u ta' liċenzjar, u imposti fuq in-netwerk li jirriflettu l-kost, kif ukoll imposti, tariffi u taxxi rilevanti, li jiżguraw li jikkontribwixxu, b'mod adegwat, ġust u bbilanċjat, għall-kondiviżjoni tal-ispejjeż ġenerali tas-sistema f'konformità ma' analiżi trasparenti tal-ispejjeż u l-benefiċċji ta' sorsi tal-enerġija distribwiti żviluppati mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali;
(e)
il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli mhumiex soġġetti għal trattament diskriminatorju fir-rigward tal-attivitajiet, id-drittijiet u l-obbligi tagħhom bħala klijenti finali, produtturi, fornituri, operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni, jew parteċipanti oħra fis-suq;
(f)
il-parteċipazzjoni fil-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli hija aċċessibbli għall-konsumaturi kollha, inklużi dawk f'unitajiet domestiċi bi dħul baxx jew vulnerabbli;
(g)
jkunu disponibbli għodod biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzjament u l-informazzjoni;
(h)
jiġi pprovdut appoġġ regolatorju u tal-bini tal-kapaċitajiet lil awtoritajiet pubbliċi biex jagħmlu possibbli u jistabbilixxu komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, u biex jgħinu lil awtoritajiet biex jipparteċipaw direttament;
(i)
regoli li jiżguraw it-trattament ugwali u mhux diskriminatorju tal-konsumaturi li jipparteċipaw fil-komunità tal-enerġija rinnovabbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|