+Artikolu 22 Komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 22 3.
---+Artikolu 22 4.
---+Artikolu 22 5.
---+Artikolu 22 6.
---+Artikolu 22 7.

Artikolu 22 Komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 22 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali, b'mod partikolari l-klijenti domestiċi, ikunu intitolati jipparteċipaw f'komunità tal-enerġija rinnovabbli waqt li jżommu d-drittijiet jew l-obbligi tagħhom bħala klijenti finali, u mingħajr ma jkunu soġġetti għal kundizzjonijiet jew proċeduri mhux ġustifikati jew diskriminatorji li jipprevjenu l-parteċipazzjoni tagħhom f'komunità tal-enerġija rinnovabbli, sakemm, għall-impriżi privati, il-parteċipazzjoni tagħhom ma tikkostitwixxix l-attività kummerċjali jew professjonali ewlenija tagħhom.
Artikolu 22 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli jkunu intitolati li:

(a) 

jipproduċu, jużaw, jaħżnu u jbigħu enerġija minn sorsi rinnovabbli, inkluż permezz ta' ftehimiet ta' xiri tal-enerġija;

(b) 

jaqsmu fil-komunità tal-enerġija rinnovabbli, l-enerġija rinnovabbli li tiġi prodotta mill-unitajiet ta' produzzjoni li huma proprjetà ta' dik il-komunità tal-enerġija rinnovabbli, soġġetta għar-rekwiżiti l-oħra stipulati f'dan l-Artikolu u għaż-żamma tad-drittijiet u l-obbligi tal-membri tal-komunità tal-enerġija rinnovabbli bħala klijenti;

(c) 

jaċċessaw is-swieq tal-enerġija adatti kollha kemm direttament jew permezz tal-aggregazzjoni b'mod mhux diskriminatorju.

Artikolu 22 3.
L-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzjoni tal-ostakli eżistenti u l-potenzjal tal-iżvilupp ta' komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli fit-territorji tagħhom.
Artikolu 22 4.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu qafas li jippermetti l-promozzjoni u l-faċilitazzjoni tal-iżvilupp tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli. Dak il-qafas għandu jiżgura, inter alia, li:

(a) 

jitneħħew l-ostakli regolatorji u amministrattivi mhux ġustifikati għall-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli;

(b) 

il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli li jfornu l-enerġija jew jipprovdu servizzi ta' aggregazzjoni jew servizzi oħra kummerċjali tal-enerġija huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet rilevanti għal tali attivitajiet;

(c) 

l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni rilevanti jikkoopera mal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli biex jiffaċilita t-trasferimenti tal-enerġija fil-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli;

(d) 

il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli huma soġġetti għal proċeduri ġusti, proporzjonata u trasparenti, inkluż proċeduri ta' reġistrazzjoni u ta' liċenzjar, u imposti fuq in-netwerk li jirriflettu l-kost, kif ukoll imposti, tariffi u taxxi rilevanti, li jiżguraw li jikkontribwixxu, b'mod adegwat, ġust u bbilanċjat, għall-kondiviżjoni tal-ispejjeż ġenerali tas-sistema f'konformità ma' analiżi trasparenti tal-ispejjeż u l-benefiċċji ta' sorsi tal-enerġija distribwiti żviluppati mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali;

(e) 

il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli mhumiex soġġetti għal trattament diskriminatorju fir-rigward tal-attivitajiet, id-drittijiet u l-obbligi tagħhom bħala klijenti finali, produtturi, fornituri, operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni, jew parteċipanti oħra fis-suq;

(f) 

il-parteċipazzjoni fil-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli hija aċċessibbli għall-konsumaturi kollha, inklużi dawk f'unitajiet domestiċi bi dħul baxx jew vulnerabbli;

(g) 

jkunu disponibbli għodod biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzjament u l-informazzjoni;

(h) 

jiġi pprovdut appoġġ regolatorju u tal-bini tal-kapaċitajiet lil awtoritajiet pubbliċi biex jagħmlu possibbli u jistabbilixxu komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, u biex jgħinu lil awtoritajiet biex jipparteċipaw direttament;

(i) 

regoli li jiżguraw it-trattament ugwali u mhux diskriminatorju tal-konsumaturi li jipparteċipaw fil-komunità tal-enerġija rinnovabbli.

Artikolu 22 5.
L-elementi ewlenin tal-qafas abilitanti msemmi fil-paragrafu 4, u tal-implimentazzjoni tiegħu għandhom ikunu parti mill-aġġornamenti tal-pjanijiet integrati nazzjonali dwar il-klima u l-enerġija u mir-rapporti ta' progress tal-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) 2018/1999.
Artikolu 22 6.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli jkunu miftuħa għal parteċipazzjoni transfruntiera.
Artikolu 22 7.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 TFUE, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-ispeċifiċitajiet ta' komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli meta jfasslu l-iskemi ta' appoġġ, sabiex ikunu jistgħu jikkompetu għall-appoġġ fuq bażi ugwali ma' parteċipanti oħra tas-suq.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.