|
+Artikolu 22a 1. |
Artikolu 22a 1.L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex iżidu s-sehem tas-sorsi rinnovabbli fl-ammont ta’ sorsi ta’ enerġija użati għall-finijiet finali tal-enerġija u mhux tal-enerġija fis-settur tal-industrija b’żieda indikattiva ta’ mill-anqas 1,6 punti perċentwali bħala medja annwali kkalkulata għall-perjodi mill-2021 sal-2025 u mill-2026 sal-2030. L-Istati Membri jistgħu jgħoddu s-sħana u l-kesħa mormija maż-żidiet annwali medji msemmija fl-ewwel subparagrafu, sa limitu ta’ 0,4 punti perċentwali, sakemm is-sħana u l-kesħa mormija jkunu pprovduti minn tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti, għajr networks li jipprovdu s-sħana lil bini wieħed biss jew fejn l-enerġija termika kollha tiġi kkonsmata biss fuq il-post u fejn l-enerġija termika ma tinbiegħx. Jekk jiddeċiedu li jagħmlu dan, iż-żieda annwali medja msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiżdied b’nofs il-punti perċentwali tas-sħana u l-kesħa mormija magħduda. L-Istati Membri għandhom jinkludu l-politiki u l-miżuri ppjanati u meħuda biex tinkiseb tali żieda indikattiva fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u fir-rapporti ta’ progress integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament. Meta l-elekrifikazzjoni titqies bħala għażla kosteffettiva, dawk il-politiki u l-miżuri għandhom jippromwovu l-elettrifikazzjoni bbażata fuq sorsi rinnovabbli tal-proċessi industrijali. Dawk il-politiki u l-miżuri għandhom jippruvaw joħolqu kundizzjoni tas-suq li twassal għad-disponibbiltà ta’ alternattivi tal-enerġija rinnovabbli ekonomikament vijabbli u teknikament fattibbli biex jissostitwixxu l-karburanti fossili użati għat-tisħin industrijali bil-għan li jitnaqqas l-użu tal-karburanti fossili użati għat-tisħin fejn it-temperatura tkun inqas minn 200 °C. Meta jadottaw dawk il-politiki u l-miżuri, l-Istati Membri għandhom iqisu l-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”, l-effettività u l-kompetittività internazzjonali u l-bżonn li jiġu indirizzati l-ostakli regolatorji, amministrattivi u ekonomiċi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontribut ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika użati għal finijiet finali tal-enerġija u mhux tal-enerġija għandu jkun ta’ mill-anqas 42 % tal-idroġenu użat għal finijiet finali tal-enerġija u mhux tal-enerġija fl-industrija sal-2030, u 60 % sal-2035. Ir-regoli li ġejjin għandhom jintużaw biex jiġi kkalkulat dak il-perċentwal:
(a)
għall-kalkolu tad-denominatur, għandu jitqies il-kontenut enerġetiku tal-idroġenu għal finijiet finali tal-enerġija u mhux tal-enerġija, minbarra:
(i)
l-idroġenu użat bħala prodotti intermedji għall-produzzjoni ta’ karburanti tat-trasport konvenzjonali u bijokarburanti;
(ii)
l-idroġenu li jiġi prodott bid-dekarbonizzazzjoni tal-gass residwu industrijali u li jintuża biex jissostitwixxi l-gass speċifiku li jiġi prodott minnu;
(iii)
l-idroġenu prodott bħala prodott sekondarju jew derivat minn prodotti sekondarji f’installazzjonijiet industrijali;
(b)
Għall-kalkolu tan-numeratur, għandu jitqies il-kontenut enerġetiku tal-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika kkunsmati fis-settur tal-industrija għall-finijiet finali tal-enerġija u mhux tal-enerġija, minbarra l-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika użati bħala prodotti intermedji għall-produzzjoni ta’ karburanti tat-trasport konvenzjonali u bijokarburanti.
(c)
Għall-kalkolu kemm tan-numeratur kif ukoll tad-denominatur, għandhom jintużaw il-valuri li jirrigwardaw il-kontenut enerġetiku tal-karburanti għat-trasport kif stabbilit fl-Anness III. Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ħames subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, sabiex jiġi ddeterminat il-kontenut enerġetiku tal-karburanti mhux inklużi fl-Anness III, l-Istati Membri għandhom jużaw l-istandards Ewropej rilevanti għad-determinazzjoni tal-valuri kalorifiċi tal-karburanti, jew, fejn l-ebda standard Ewropew ma jkun ġie adottat għal dak l-għan, għandhom jintużaw l-istandards tal-ISO rilevanti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|