L-Istati Membri għandhom jippromwovu skemi volontarji ta’ tikkettar għal prodotti industrijali li jkunu ddikjarati li huma prodotti b’enerġija rinnovabbli u b’karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika. Tali skemi volontarji ta’ tikkettar għandhom jindikaw il-perċentwal ta’ enerġija rinnovabbli użata jew ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika użati fl-istadju tal-akkwist u tal-ipproċessar minn qabel, tal-manifattura u tad-distribuzzjoni tal-materja prima, ikkalkulat abbażi tal-metodoloġiji stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2279 (
23
) jew, fl-ISO 14067:2018.