+Artikolu 23 1.

Artikolu 23 1.

Sabiex jippromwovi l-użu tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ, kull Stat Membru għandu jżid is-sehem ta’ enerġija rinnovabbli f’dak is-settur b’mill-inqas 0,8 punt perċentwali bħala medja annwali kkalkulata għall-perjodu 2021-2025 u b’mill-anqas 1,1 punti perċentwali bħala medja annwali kkalkulata għall-perjodu 2026-2030, billi jibda mis-sehem ta’ enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ fl-2020, espress f’termini ta’ sehem nazzjonali tal-konsum finali gross tal-enerġija u kkalkulat f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 7.

L-Istati Membri jistgħu jgħoddu s-sħana u l-kesħa mormija maż-żidiet annwali medji msemmija fl-ewwel subparagrafu, sa limitu ta’ 0,4 punt perċentwali. Jekk jiddeċiedu li jagħmlu dan, iż-żieda annwali medja għandha tiżdied b’nofs il-punti perċentwali tas-sħana u l-kesħa mormija li jingħaddu sa limitu massimu ta’ 1,0 punt perċentwali għall-perjodu 2021 sa 2025 u ta’ 1,3 punt perċentwali għall-perjodu 2026 sa 2030.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li jgħoddu s-sħana u l-kesħa mormija u l-ammont stmat fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima sottomessi skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999. Minbarra ż-żidiet annwali minimi ta’ punti perċentwali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, kull Stat Membru għandu jagħmel ħiltu biex iżid is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ tiegħu bil-punti perċentwali indikattivi addizzjonali stabbiliti fl-Anness Ia ta’din id-Direttiva.

L-Istati Membri jistgħu jgħoddu l-elettriku rinnovabbli użat għat-tisħin u t-tkessiħ maż-żieda medja annwali stabbilita fl-ewwel subparagrafu, sa limitu ta’ 0,4 punt perċentwali, dment li l-effiċjenza tal-unità tal-ġeneratur tas-sħana u tal-kesħa tkun ogħla minn 100 %. Jekk jiddeċiedu li jagħmlu dan, iż-żieda annwali medja għandha tiżdied b’nofs tal-elettriku rinnovabbli espress f’punti perċentwali sa limitu massimu ta’ 1,0 punt perċentwali għall-perjodu 2021 sa2025 u ta’ 1,3 punt perċentwali għall-perjodu 2026 sa2030.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jgħoddu l-elettriku rinnovabbli użat fit-tisħin u t-tkessiħ minn ġeneraturi tas-sħana u tal-kesħa li l-effiċjenza tagħhom hija ogħla minn 100 % maż-żieda annwali stabbilita fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. L-Istati Membri għandhom jinkludu l-istimi tal-kapaċitajiet ta’ elettriku rinnovabbli ta’ unitajiet ta’ ġeneraturi tas-sħana u tal-kesħa li l-effiċjenza tagħhom hija ogħla minn 100 % fil-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima tagħhom sottomessi skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999. L-Istati Membri għandhom jinkludu l-ammont ta’ elettriku rinnovabbli użat fit-tisħin u t-tkessiħ minn unitajiet ta’ ġeneraturi tas-sħana u tal-kesħa li l-effiċjenza tagħhom tkun ogħla minn 100 % fir-rapporti ta’ progress nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.