+Artikolu 23 L-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 1a.
---+Artikolu 23 1b.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.
---+Artikolu 23 5.
---+Artikolu 23 6.

Artikolu 23 L-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 23 1.
Sabiex jippromwovi l-użu tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ, kull Stat Membru għandu jżid is-sehem ta’ enerġija rinnovabbli f’dak is-settur b’mill-inqas 0,8 punt perċentwali bħala medja annwali kkalkulata għall-perjodu 2021-2025 u b’mill-anqas 1,1 punti perċentwali bħala medja annwali kkalkulata għall-perjodu 2026-2030, billi jibda mis-sehem ta’ enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ fl-2020, espress f’termini ta’ sehem nazzjonali tal-konsum finali gross tal-enerġija u kkalkulat f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 7.

L-Istati Membri jistgħu jgħoddu s-sħana u l-kesħa mormija maż-żidiet annwali medji msemmija fl-ewwel subparagrafu, sa limitu ta’ 0,4 punt perċentwali. Jekk jiddeċiedu li jagħmlu dan, iż-żieda annwali medja għandha tiżdied b’nofs il-punti perċentwali tas-sħana u l-kesħa mormija li jingħaddu sa limitu massimu ta’ 1,0 punt perċentwali għall-perjodu 2021 sa 2025 u ta’ 1,3 punt perċentwali għall-perjodu 2026 sa 2030.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li jgħoddu s-sħana u l-kesħa mormija u l-ammont stmat fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima sottomessi skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999. Minbarra ż-żidiet annwali minimi ta’ punti perċentwali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, kull Stat Membru għandu jagħmel ħiltu biex iżid is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ tiegħu bil-punti perċentwali indikattivi addizzjonali stabbiliti fl-Anness Ia ta’din id-Direttiva.

L-Istati Membri jistgħu jgħoddu l-elettriku rinnovabbli użat għat-tisħin u t-tkessiħ maż-żieda medja annwali stabbilita fl-ewwel subparagrafu, sa limitu ta’ 0,4 punt perċentwali, dment li l-effiċjenza tal-unità tal-ġeneratur tas-sħana u tal-kesħa tkun ogħla minn 100 %. Jekk jiddeċiedu li jagħmlu dan, iż-żieda annwali medja għandha tiżdied b’nofs tal-elettriku rinnovabbli espress f’punti perċentwali sa limitu massimu ta’ 1,0 punt perċentwali għall-perjodu 2021 sa2025 u ta’ 1,3 punt perċentwali għall-perjodu 2026 sa2030.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jgħoddu l-elettriku rinnovabbli użat fit-tisħin u t-tkessiħ minn ġeneraturi tas-sħana u tal-kesħa li l-effiċjenza tagħhom hija ogħla minn 100 % maż-żieda annwali stabbilita fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. L-Istati Membri għandhom jinkludu l-istimi tal-kapaċitajiet ta’ elettriku rinnovabbli ta’ unitajiet ta’ ġeneraturi tas-sħana u tal-kesħa li l-effiċjenza tagħhom hija ogħla minn 100 % fil-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima tagħhom sottomessi skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999. L-Istati Membri għandhom jinkludu l-ammont ta’ elettriku rinnovabbli użat fit-tisħin u t-tkessiħ minn unitajiet ta’ ġeneraturi tas-sħana u tal-kesħa li l-effiċjenza tagħhom tkun ogħla minn 100 % fir-rapporti ta’ progress nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 23 1a.
Għall-kalkolu tas-sehem tal-elettriku rinnovabbli użat fit-tisħin u t-tkessiħ għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jużaw is-sehem medju tal-elettriku rinnovabbli fornut fit-territorju tagħhom fis-sentejn preċedenti.
Artikolu 23 1b.
L-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzjoni tal-potenzjal tagħhom ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli u tal-użu tas-sħana u l-kesħa mormija fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ inkluż, fejn xieraq, analiżi taż-żoni adatti għall-varar tagħhom b’riskju ekoloġiku baxx u tal-potenzjal għal proġetti fuq skala żgħira relatati ma’ unitajiet domestiċi. Dik il-valutazzjoni għandha tikkunsidra teknoloġija disponibbli u ekonomikament fattibbli għall-użi industrijali u domestiċi sabiex tistabbilixxi stadji importanti u miżuri biex jiżdied l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ u, fejn xieraq, l-użu tas-sħana u l-kesħa mormija permezz tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali bil-għan li tiġi stabbilita strateġija nazzjonali fit-tul għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u t-tniġġis tal-arja li joriġina mit-tisħin u t-tkessiħ. Dik il-valutazzjoni għandha tkun f’konformità mal-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” u parti mill-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skontl-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999, u għandha takkumpanja l-valutazzjoni komprensiva tat-tisħin u t-tkessiħ meħtieġa mill-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2012/27/UE.
Artikolu 23 2.

►M2  Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, meta jiġi kkalkulat is-sehem tal-enerġija rinnovabbli tiegħu fis-settur tat-tisħin u tat-tkessiħ u ż-żieda annwali medja tiegħu skont dak il-paragrafu, inkluż iż-żieda indikattiva addizzjonali mogħtija fl-Anness Ia, kull Stat Membru: ◄

▼M2 —————

▼B

(b) 

fejn is-sehem ta' enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u tat-tkessiħ huwa ogħla minn 60 %, jista' jgħodd kwalunkwe tali sehem bħala li jissodisfa ż-żieda annwali medja; u

(c) 

fejn is-sehem ta' enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u tat-tkessiħ huwa ogħla minn 50 % u sa 60 %, jista' jgħodd kwalunkwe tali sehem bħala li jissodisfa nofs iż-żieda annwali medja.

Meta jiddeċiedu liema miżuri għandhom jadottaw għall-iskop ta' provvista ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ, l-Istati Membri jistgħu jqisu l-effettività tan-nefqa li tirrifletti l-ostakli strutturali li jirriżultaw minn sehem għoli ta' gass naturali jew tkessiħ, jew minn strutturi ta' insedjament b'densità baxxa ta' popolazzjoni.

Fejn dawk il-miżuri jirriżultaw f'żieda medja annwali iktar baxxa minn dik imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jagħmlu dan pubbliku, pereżempju permezz tal-rapporti nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima integrati tagħhom skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2018/1999, u jipprovdu lill-Kummissjoni bir-raġunijiet, inkluż dwar l-għażla tal-miżuri kif imsemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

L-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jipprovdu informazzjoni lis-sidien jew lill-inkwilini tal-binjiet u lill-SMEs dwar miżuri kosteffettivi, u strumenti finanzjarji, biex itejbu l-użu tal-enerġija rinnovabbli fis-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni permezz ta’ għodod konsultattivi aċċessibbli u trasparenti.

Artikolu 23 3.
Abbażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu u jippubblikaw lista tal-miżuri, u jistgħu jaħtru u jippubblikaw l-isem tal-entitajiet implimentattivi, bħall-fornituri tal-karburanti, korpi pubbliċi jew professjonali, li għandhom jikkontribwixxu għaż-żieda medja annwali msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 23 4.

Sabiex tinkiseb iż-żieda annwali medja msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jimplimentaw tal-anqas żewġ miżuri mill-miżuri li ġejjin:

(a) 

inkorporazzjoni fiżika tal-enerġija rinnovabbli jew tas-sħana u l-kesħa mormija fis-sorsi u fil-karburanti tal-enerġija fornuti għat-tisħin u t-tkessiħ;

(b) 

l-installazzjoni ta’ sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli effiċjenti ħafna fil-binjiet, il-konnessjoni tal-binjiet ma’ sistemi effiċjenti ħafna tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali jew l-użu ta’ enerġija rinnovabbli jew sħana u kesħa mormija fi proċessi tat-tisħin u t-tkessiħ industrijali;

(c) 

miżuri koperti minn ċertifikati negozjabbli li jagħtu xhieda tal-konformità mal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, permezz ta’ appoġġ għal miżuri ta’ installazzjoni skont il-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, imwettqa minn operatur ekonomiku ieħor bħal installatur tat-teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli indipendenti jew kumpanija tas-servizzi tal-enerġija li tipprovdi servizzi ta’ installazzjoni tal-enerġija rinnovabbli;

(d) 

il-bini tal-kapaċitajiet għall-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali biex jimmappjaw il-potenzjal lokali tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli u biex jippjanaw, jimplimentaw proġetti u infrastrutturi tal-enerġija rinnovabbli u jagħtu pariri dwarhom;

(e) 

il-ħolqien ta’ oqfsa tal-mitigazzjoni tar-riskju biex jitnaqqas il-kost tal-kapital għal proġetti tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli u tas-sħana u l-kesħa mormija, fost l-oħrajn, li jippermettu r-raggruppament ta’ proġetti iżgħar kif ukoll li jorbtu tali proġetti b’mod aktar olistiku ma’ miżuri oħra ta’ effiċjenza enerġetika u ta’ rinnovazzjoni tal-binjiet;

(f) 

il-promozzjoni ta’ ftehimiet dwar ix-xiri ta’ tisħin u ta’ tkessiħ rinnovabbli għal konsumaturi żgħar korporattivi u kollettivi;

(g) 

skemi ta’ sostituzzjoni ppjanati tas-sorsi u tas-sistemi tat-tisħin bil-karburanti fossili li mhumiex kompatibbli mas-sorsi rinnovabbli jew mal-iskemi ta’ eliminazzjoni gradwali tal-karburanti fossili bi stadji importanti;

(h) 

ir-rekwiżiti fil-livell lokali u reġjonali relatati mal-ippjanar tat-tisħin u tat-tkessiħ minn sorsi rinnovabbli;

(i) 

il-promozzjoni tal-produzzjoni tal-bijogass u l-injezzjoni tiegħu fil-grilja tal-gass, minflok l-użu tiegħu għall-produzzjoni tal-elettriku;

(j) 

miżuri li jippromwovu l-integrazzjoni ta’ teknoloġija tal-ħżin tal-enerġija termika fis-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ;

(k) 

il-promozzjoni ta’ networks tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali bbażati fuq sorsi rinnovabbli, b’mod partikolari mill-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, inkluż permezz ta’ miżuri regolatorji, arranġamenti ta’ finanzjament u appoġġ;

(l) 

miżuri ta’ politika oħrajn, b’effett ekwivalenti, inklużi miżuri fiskali, skemi ta’ appoġġ jew inċentivi finanzjarji oħrajn li jikkontribwixxu għall-installazzjoni ta’ tagħmir għat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli u għall-iżvilupp ta’ networks tal-enerġija li jfornu enerġija rinnovabbli għat-tisħin u t-tkessiħ fil-binjiet u fl-industrija.

Meta jadottaw u jimplimentaw dawk il-miżuri, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-aċċessibbiltà tagħhom għall-konsumaturi kollha, b’mod partikolari dawk f’unitajiet domestiċi b’introjtu baxx jew vulnerabbli, li kieku ma jkollhomx biżżejjed kapital bil-quddiem biex jibbenefikaw.

Artikolu 23 5.
L-Istati Membri jistgħu jużaw l-istrutturi stabbiliti taħt l-iskemi nazzjonali ta' obbligi ta' iffrankar tal-enerġija stabbilit fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2012/27/UE biex jimplimentaw u jissorveljaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 23 6.

Fejn entitajiet ikunu deżinjati skont il-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontribuzzjoni ta' dawk l-entitajiet deżinjati ikun jista' jitkejjel u jista' jiġi verifikat u li l-entitajiet deżinjati jirrappurtaw annwalment dwar:

(a) 

l-ammont totali ta' enerġija rinnovabbli fornuta għat-tisħin u t-tkessiħ;

(b) 

l-ammont totali ta' enerġija rinnovabbli fornuta għat-tisħin u t-tkessiħ;

(c) 

l-ammont ta' sħana u kesħa mormija fornuti għat-tisħin u t-tkessiħ;

(d) 

is-sehem tal-enerġija rinnovabbli u ta' sħana u kesħa mormija fl-ammont totali tal-enerġija fornuta għat-tisħin u t-tkessiħ; u

(e) 

it-tip tas-sors tal-enerġija rinnovabbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.