+Artikolu 23 4.

Artikolu 23 4.

Sabiex tinkiseb iż-żieda annwali medja msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jimplimentaw tal-anqas żewġ miżuri mill-miżuri li ġejjin:

(a) 

inkorporazzjoni fiżika tal-enerġija rinnovabbli jew tas-sħana u l-kesħa mormija fis-sorsi u fil-karburanti tal-enerġija fornuti għat-tisħin u t-tkessiħ;

(b) 

l-installazzjoni ta’ sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli effiċjenti ħafna fil-binjiet, il-konnessjoni tal-binjiet ma’ sistemi effiċjenti ħafna tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali jew l-użu ta’ enerġija rinnovabbli jew sħana u kesħa mormija fi proċessi tat-tisħin u t-tkessiħ industrijali;

(c) 

miżuri koperti minn ċertifikati negozjabbli li jagħtu xhieda tal-konformità mal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, permezz ta’ appoġġ għal miżuri ta’ installazzjoni skont il-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, imwettqa minn operatur ekonomiku ieħor bħal installatur tat-teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli indipendenti jew kumpanija tas-servizzi tal-enerġija li tipprovdi servizzi ta’ installazzjoni tal-enerġija rinnovabbli;

(d) 

il-bini tal-kapaċitajiet għall-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali biex jimmappjaw il-potenzjal lokali tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli u biex jippjanaw, jimplimentaw proġetti u infrastrutturi tal-enerġija rinnovabbli u jagħtu pariri dwarhom;

(e) 

il-ħolqien ta’ oqfsa tal-mitigazzjoni tar-riskju biex jitnaqqas il-kost tal-kapital għal proġetti tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli u tas-sħana u l-kesħa mormija, fost l-oħrajn, li jippermettu r-raggruppament ta’ proġetti iżgħar kif ukoll li jorbtu tali proġetti b’mod aktar olistiku ma’ miżuri oħra ta’ effiċjenza enerġetika u ta’ rinnovazzjoni tal-binjiet;

(f) 

il-promozzjoni ta’ ftehimiet dwar ix-xiri ta’ tisħin u ta’ tkessiħ rinnovabbli għal konsumaturi żgħar korporattivi u kollettivi;

(g) 

skemi ta’ sostituzzjoni ppjanati tas-sorsi u tas-sistemi tat-tisħin bil-karburanti fossili li mhumiex kompatibbli mas-sorsi rinnovabbli jew mal-iskemi ta’ eliminazzjoni gradwali tal-karburanti fossili bi stadji importanti;

(h) 

ir-rekwiżiti fil-livell lokali u reġjonali relatati mal-ippjanar tat-tisħin u tat-tkessiħ minn sorsi rinnovabbli;

(i) 

il-promozzjoni tal-produzzjoni tal-bijogass u l-injezzjoni tiegħu fil-grilja tal-gass, minflok l-użu tiegħu għall-produzzjoni tal-elettriku;

(j) 

miżuri li jippromwovu l-integrazzjoni ta’ teknoloġija tal-ħżin tal-enerġija termika fis-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ;

(k) 

il-promozzjoni ta’ networks tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali bbażati fuq sorsi rinnovabbli, b’mod partikolari mill-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, inkluż permezz ta’ miżuri regolatorji, arranġamenti ta’ finanzjament u appoġġ;

(l) 

miżuri ta’ politika oħrajn, b’effett ekwivalenti, inklużi miżuri fiskali, skemi ta’ appoġġ jew inċentivi finanzjarji oħrajn li jikkontribwixxu għall-installazzjoni ta’ tagħmir għat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli u għall-iżvilupp ta’ networks tal-enerġija li jfornu enerġija rinnovabbli għat-tisħin u t-tkessiħ fil-binjiet u fl-industrija.

Meta jadottaw u jimplimentaw dawk il-miżuri, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-aċċessibbiltà tagħhom għall-konsumaturi kollha, b’mod partikolari dawk f’unitajiet domestiċi b’introjtu baxx jew vulnerabbli, li kieku ma jkollhomx biżżejjed kapital bil-quddiem biex jibbenefikaw.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.