|
+Artikolu 24 5. |
Artikolu 24 5.L-Istati Membri jistgħu jippermettu lil operatur ta’ sistema ta’ tisħin jew tkessiħ distrettwali jirrifjuta konnessjoni u x-xiri ta’ sħana jew kesħa minn fornitur ta’ parti terza fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
(a)
is-sistema ma jkollhiex il-kapaċità meħtieġa minħabba provvisti oħra ta’ sħana jew ta’ kesħa minn sorsi rinnovabbli jew ta’ sħana u kesħa mormija;
(b)
is-sħana jew il-kesħa mill-fornitur terz ma tissodisfax il-parametri tekniċi meħtieġa għall-konnessjoni u biex jiġi żgurat operat affidabbli u sikur tas-sistema tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali;
(c)
l-operatur jista’ juri li l-għoti ta’ aċċess iwassal għal żieda eċċessiva fil-kost tat-tisħin jew tat-tkessiħ għall-klijenti finali meta mqabbel mal-kost tal-provvista lokali ewlenija ta’ tisħin jew tkessiħ li magħha jikkompetu s-sors rinnovabbli jew is-sħana u l-kesħa mormija;
(d)
is-sistema tal-operatur hija sistema tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali effiċjenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta operatur ta’ sistema tat-tisħin jew tkessiħ distrettwali jirrifjuta l-konnessjoni lil fornitur tat-tisħin jew tat-tkessiħ skont l-ewwel subparagrafu, l-informazzjoni dwar ir-raġunijiet għar-rifjut, kif ukoll il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati u l-miżuri li għandhom jittieħdu fis-sistema sabiex issir il-konnessjoni, tiġi pprovduta minn dak l-operatur lill-awtorità kompetenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ proċess xieraq għar-rimedju tar-rifjuti inġustifikati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|