|
+Artikolu 24 6. |
Artikolu 24 6.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, fejn meħtieġ, qafas ta’ koordinazzjoni bejn l-operaturi tas-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali u s-sorsi potenzjali tas-sħana u l-kesħa mormija fis-setturi industrijali u terzjarji biex jiffaċilitaw l-użu tas-sħana u l-kesħa mormija. Dak il-qafas ta’ koordinazzjoni għandu jiżgura djalogu fir-rigward tal-użu tas-sħana u l-kesħa mormija li jinvolvi, b’mod partikolari:
(a)
l-operaturi ta’ sistemi tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali;
(b)
l-intrapriżi tas-settur industrijali u terzjarju li jiġġeneraw sħana u kesħa mormija li jistgħu jiġu rkuprati b’mod ekonomiku permezz ta’ sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, bħaċ-ċentri tad-data, l-impjanti industrijali, il-binjiet kummerċjali kbar, il-faċilitajiet għall-ħżin tal-enerġija u t-trasport pubbliku;
(c)
l-awtoritajiet lokali responsabbli għall-ippjanar u għall-approvazzjoni tal-infrastrutturi tal-enerġija;
(d)
l-esperti xjentifiċi li qed jaħdmu fuq l-aħħar sistemi mill-aktar avvanzati tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali; u
(e)
il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli involuti fit-tisħin u t-tkessiħ. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|