|
+Artikolu 24 8. |
Artikolu 24 8.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas li skontu l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni tal-elettriku jivvalutaw mill-anqas kull erba’ snin, f’kooperazzjoni mal-operaturi tas-sistemi ta’ tisħin jew tkessiħ distrettwali fl-oqsma rispettivi tagħhom, il-potenzjal għas-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali li jipprovdu servizzi ta’ bbilanċjar u servizzi ta’ sistemi oħra, inkluż ir-rispons għad-domanda u l-ħżin termiku ta’ elettriku żejjed minn sorsi rinnovabbli, u jekk l-użu tal-potenzjal identifikat ikunx aktar effiċjenti fir-riżorsi u aktar kosteffiċjenti mis-soluzzjonijiet alternattivi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-elettriku jqisu kif xieraq ir-riżultati tal-valutazzjoni meħtieġa skont l-ewwel subparagrafu fl-ippjanar tal-grilja, fl-investiment fil-grilja u fl-iżvilupp tal-infrastruttura fit-territorji rispettivi tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-koordinazzjoni bejn l-operaturi ta’ sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali u l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-elettriku biex jiżguraw li s-servizzi ta’ bbilanċjar, ħżin u flessibbiltà oħra, bħar-rispons għad-domanda, ipprovduti mill-operaturi tas-sistemi ta’ tisħin u ta’ tkessiħ distrettwali, ikunu jistgħu jipparteċipaw fis-swieq tal-elettriku tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jestendu r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ koordinazzjoni skont l-ewwel u t-tielet subparagrafi għall-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-gass, inkluż in-networks tal-idroġenu u networks tal-enerġija oħrajn. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|