+Artikolu 26 Regoli speċifiċi għal bijokarburanti, bijolikwidi u karburnti mill-bijomassa prodotti minn għelejjel tal-ikel jew tal-għalf
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.

Artikolu 26 Regoli speċifiċi għal bijokarburanti, bijolikwidi u karburnti mill-bijomassa prodotti minn għelejjel tal-ikel jew tal-għalf

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 26 1.
Għall-kalkolu tal-konsum finali gross tal-enerġija ta’ Stat Membru minn sorsi rinnovabbli msemmija fl-Artikolu 7 u tas-sehem minimu ta’ enerġija rinnovabbli u l-mira ta’ tnaqqis tal-intensità tal-gassijiet serra msemmi fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), is-sehem ta’ bijokarburanti u bijolikwidi, kif ukoll ta’ karburanti tal-bijomassa kkunsmati fit-trasport, fejn jiġu prodotti minn għelejjel tal-ikel u tal-għalf, ma għandux ikun aktar minn punt perċentwali wieħed ogħla mis-sehem ta’ tali karburanti fil-konsum finali ta’ enerġija fis-settur tat-trasport fl-2020 f’dak l-Istat Membru, b’massimu ta’ 7 % tal-konsum finali tal-enerġija fis-settur tat-trasport f’dak l-Istat Membru.

Meta dak is-sehem ikun inqas minn 1 % fi Stat Membru, huwa jista' jiżdied sa massimu ta' 2 % tal-konsum finali fis-setturi tat-trasport bit-triq u bil-ferrovija.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limitu aktar baxx u jistgħu jiddistingwu, għall-finijiet tal-Artikolu 29(1) bejn tipi ta' bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa prodotti minn għelejjel tal-ikel u l-għalf, b'kont meħud tal-aħjar evidenza disponibbli dwar l-impatt tal-bidla indiretta fl-użu tal-art. L-Istati Membri jistgħu, pereżempju, jistabbilixxu limitu aktar baxx għas-sehem minn bijokarburanti bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa prodotti minn għelejjel taż-żejt.

Meta s-sehem ta’ bijokarburanti u bijolikwidi, kif ukoll ta’ karburanti tal-bijomassa kkunsmati fit-trasport, prodotti minn għelejjel tal-ikel u tal-għalf fi Stat Membru jkun limitat għal sehem ta’ anqas minn 7 % jew Stat Membru jiddeċiedi li jillimita s-sehem aktar, dak l-Istat Membru jista’ jnaqqas is-sehem minimu ta’ enerġija rinnovabbli jew il-mira ta’ tnaqqis tal-intensità tal-gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), kif xieraq, fid-dawl tal-kontribut li dawk il-karburanti kienu jagħmlu f’termini tas-sehem minimu ta’ enerġija rinnovabbli jew tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Għall-finijiet tal-mira ta’ tnaqqis tal-intensità tal-gassijiet serra, l-Istati Membri għandhom iqisu li dawk il-karburanti jiffrankaw 50 % tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra.

Artikolu 26 2.
Għall-kalkolu tal-konsum finali gross ta’ enerġija ta’ Stat Membru minn sorsi rinnovabbli msemmija fl-Artikolu 7 u s-sehem minimu ta’ enerġija rinnovabbli u l-mira ta’ tnaqqis tal-intensità tal-gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), is-sehem ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa b’riskju għoli ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art, prodotti minn għelejjel tal-ikel jew tal-għalf, li għalihom hija osservata espansjoni sinifikanti taż-żona ta’ produzzjoni f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju ma għandux jaqbeż il-livell ta’ konsum ta’ tali karburanti f’dak l-Istat Membru fl-2019, sakemm ma jkunux iċċertifikati li huma bijokarburanti, bijolikwidi jew karburanti mill-bijomassa b’riskju baxx ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art skont dan il-paragrafu.

Mill-31 ta' Diċembru 2023 sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2030, dan il-limitu għandu jonqos gradwalment għal 0 %.

Sal-1 ta' Frar 2019, il-Kummissjoni għandha, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-istatus ta' espansjoni fil-produzzjoni ta' għelejjel tal-ikel u tal-għalf rilevanti madwar id-dinja.

Sal-1 ta' Frar 2019, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 35 biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistipula l-kriterji għaċ-ċertifikazzjoni ta' bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa b'riskju baxx ta' tibdil indirett fl-użu tal-art u għad-determinazzjoni tal-materja prima b'riskju għoli ta' bidla indiretta fl-użu tal-art li għaliha jkun osservat li espansjoni sinifikanti tal-produzzjoni tkun f'art b'ħażna għolja ta' karbonju. Ir-rapport u l-att delegat li jakkumpanjah għandom ikunu bbażati fuq l-aħjar data xjentifika disponibbli.

Sal-1 ta’ Settembru 2023, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-kriterji stabbiliti fl-atti delegati msemmija fir-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu abbażi tal-aħjar data xjentifika disponibbli u għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 35 sabiex temenda dawk il-kriterji, fejn xieraq, u biex tissuplimenta din id-Direttiva billi tinkludi trajettorja biex jitnaqqas gradwalment il-kontribut għall-mira tal-Unjoni ġenerali stabbilita fl-Artikolu 3(1) u għas-sehem minimu ta’ enerġija rinnovabbli u għall-mira ta’ tnaqqis tal-intensità tal-gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa b’riskju għoli ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art, prodotti minn materja prima, li għalihom hija osservata espansjoni sinifikanti taż-żona ta’ produzzjoni f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju. Dak ir-rieżami għandu jkun ibbażat fuq verżjoni riveduta tar-rapport dwar l-espansjoni tal-materja prima ppreżentat f’konformità mat-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Dak ir-rapport għandu jivvaluta, b’mod partikolari, jekk il-limitu għas-sehem minimu tal-espansjoni medja annwali taż-żona ta’ produzzjoni globali f’ħażniet għolja ta’ karbonju għandux jitbaxxa abbażi ta’ kriterji oġġettivi u b’bażi xjentifika u b’kont meħud tal-miri u tal-impenji tal-Unjoni fil-qasam klimatiku.

Meta jkun xieraq, il-Kummissjoni għandha temenda l-kriterji stabbiliti fl-att delegat msemmi fir-raba’ subparagrafu abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni msemmija fil-ħames subparagrafu. Kull tliet snin wara l-adozzjoni tal-att delegat imsemmi fir-raba’ subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tkompli tirrieżamina d-data li tirfed l-att delegat. Il-Kummissjoni għandha taġġorna dak l-att delegat meta jkun neċessarju fid-dawl taċ-ċirkostanzi li jevolvu u tal-evidenza xjentifika l-aktar reċenti għad-dispożizzjoni tagħha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.