|
+Artikolu 27 1. |
Artikolu 27 1.Għall-kalkolu tat-tnaqqis fl-intensità ta’ gassijiet serra msemmi fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(ii), għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:
(a)
l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
(i)
għall-bijokarburanti u għall-bijogass, billi jiġi mmultiplikat l-ammont ta’ dawn il-karburanti fornuti lill-modi kollha tat-trasport bl-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 31;
(ii)
għall-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika u għall-karburanti tal-karbonju riċiklat, billi jiġi mmultiplikat l-ammont ta’ dawk il-karburanti li jiġu fornuti lill-modi kollha tat-trasport bl-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom iddeterminati f’konformità mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 29a(3);
(iii)
għall-elettriku rinnovabbli, billi jiġi mmultiplikat l-ammont ta’ elettriku rinnovabbli li jiġi pprovdut lill-modi kollha tat-trasport bil-komparatur tal-karburanti fossili ECF(e) stabbilit fl-Anness V;
(b)
il-linja bażi msemmija fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(ii), għandha tiġi kkalkulata sal-31 ta’ Diċembru 2030 billi jiġi mmultiplikat l-ammont ta’ enerġija fornuta lis-settur tat-trasport bil-komparatur tal-karburanti fossili EF(t) stabbilit fl-Anness V; mill-1 ta’ Jannar 2031, l-linja bażi msemmija fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(ii), għandha tkun is-somma:
(i)
tal-ammont ta’ karburanti fornuti lill-modi kollha tat-trasport immultiplikat bil-komparatur tal-karburanti fossili EF(t) stabbilit fl-Anness V;
(ii)
tal-ammont ta’ elettriku fornut lill-modi kollha tat-trasport immultiplikat bil-komparatur tal-karburanti fossili ECF(e) stabbilit fl-Anness V;
(c)
għall-kalkolu tal-ammonti ta’ enerġija rilevanti, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:
(i)
sabiex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ enerġija fornuta lis-settur tat-trasport, għandhom jintużaw il-valuri fir-rigward tal-kontenut enerġetiku tal-karburanti tat-trasport stabbiliti fl-Anness III;
(ii)
sabiex jiġi ddeterminat il-kontenut enerġetiku tal-karburanti tat-trasport mhux inklużi fl-Anness III, l-Istati Membri għandhom jużaw l-istandards Ewropej rilevanti għad-determinazzjoni tal-valuri kalorifiċi tal-karburanti, jew fejn l-ebda standard Ewropew ma jkun ġie adottat għal dak l-għan, l-istandards tal-ISO rilevanti;
(iii)
l-ammont ta’ elettriku rinnovabbli fornut lis-settur tat-trasport jiġi ddeterminat billi l-ammont ta’ elettriku fornut lil dak is-settur jiġi mmultiplikat bis-sehem medju ta’ elettriku rinnovabbli fornut fit-territorju tal-Istat Membru fis-sentejn preċedenti, sakemm l-elettriku ma jinkisibx minn konnessjoni diretta ma’ installazzjoni li tiġġenera elettriku rinnovabbli u jiġi fornut lis-settur tat-trasport, f’liema każ, l-elettriku għandu jingħadd bis-sħiħ bħala rinnovabbli u l-elettriku ġġenerat minn vettura elettrika solari u użat għall-konsum tal-vettura nnifisha jista’ jingħadd bis-sħiħ bħala rinnovabbli;
(iv)
is-sehem ta’ bijokarburanti u ta’ bijogass prodotti mill-materja prima elenkata fil-Parti B tal-Anness IX fil-kontenut enerġetiku tal-karburanti u tal-elettriku fornuti lis-settur tat-trasport għandu, ħlief f’Ċipru u f’Malta, ikun limitat għal 1,7 %.;
(d)
it-tnaqqis fl-intensità tal-gassijiet serra mill-użu tal-enerġija rinnovabbli jiġi ddeterminat billi l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-użu tal-bijokarburanti, tal-bijogass, tal-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika u tal-elettriku rinnovabbli pprovdut lill-modi kollha tat-trasport jiġi diviż bil-linja bażi; l-Istati Membri jistgħu jqisu l-karburanti tal-karbonju riċiklat. L-Istati Membri jistgħu, meta ġustifikati, iżidu l-limitu msemmi fl-ewwel subparagafu, il-punt(c)(iv), ta’ dan il-paragrafu, filwaqt li jqisu d-disponibbiltà tal-materja prima elenkata fil-Parit B tal-Anness IX. Kwalunkwe żieda tali għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni, flimkien mar-raġunijiet għaliha, u. għandha tkun soġġetta għal approvazzjoni mill-Kummissjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|