+Artikolu 27 Ir-regoli għall-kalkolu fis-settur tat-trasport u fir-rigward ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika irrispettivament mill-użu finali tagħhom
---+Artikolu 27 1.
---+Artikolu 27 2.
---+Artikolu 27 3.
---+Artikolu 27 4.
---+Artikolu 27 5.
---+Artikolu 27 6.
|
Artikolu 27 Ir-regoli għall-kalkolu fis-settur tat-trasport u fir-rigward ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika irrispettivament mill-użu finali tagħhom
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 27 1.
|
Għall-kalkolu tat-tnaqqis fl-intensità ta’ gassijiet serra msemmi fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(ii), għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:
(a)
l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
(i)
għall-bijokarburanti u għall-bijogass, billi jiġi mmultiplikat l-ammont ta’ dawn il-karburanti fornuti lill-modi kollha tat-trasport bl-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 31;
(ii)
għall-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika u għall-karburanti tal-karbonju riċiklat, billi jiġi mmultiplikat l-ammont ta’ dawk il-karburanti li jiġu fornuti lill-modi kollha tat-trasport bl-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom iddeterminati f’konformità mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 29a(3);
(iii)
għall-elettriku rinnovabbli, billi jiġi mmultiplikat l-ammont ta’ elettriku rinnovabbli li jiġi pprovdut lill-modi kollha tat-trasport bil-komparatur tal-karburanti fossili ECF(e) stabbilit fl-Anness V;
(b)
il-linja bażi msemmija fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(ii), għandha tiġi kkalkulata sal-31 ta’ Diċembru 2030 billi jiġi mmultiplikat l-ammont ta’ enerġija fornuta lis-settur tat-trasport bil-komparatur tal-karburanti fossili EF(t) stabbilit fl-Anness V; mill-1 ta’ Jannar 2031, l-linja bażi msemmija fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(ii), għandha tkun is-somma:
(i)
tal-ammont ta’ karburanti fornuti lill-modi kollha tat-trasport immultiplikat bil-komparatur tal-karburanti fossili EF(t) stabbilit fl-Anness V;
(ii)
tal-ammont ta’ elettriku fornut lill-modi kollha tat-trasport immultiplikat bil-komparatur tal-karburanti fossili ECF(e) stabbilit fl-Anness V;
(c)
għall-kalkolu tal-ammonti ta’ enerġija rilevanti, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:
(i)
sabiex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ enerġija fornuta lis-settur tat-trasport, għandhom jintużaw il-valuri fir-rigward tal-kontenut enerġetiku tal-karburanti tat-trasport stabbiliti fl-Anness III;
(ii)
sabiex jiġi ddeterminat il-kontenut enerġetiku tal-karburanti tat-trasport mhux inklużi fl-Anness III, l-Istati Membri għandhom jużaw l-istandards Ewropej rilevanti għad-determinazzjoni tal-valuri kalorifiċi tal-karburanti, jew fejn l-ebda standard Ewropew ma jkun ġie adottat għal dak l-għan, l-istandards tal-ISO rilevanti;
(iii)
l-ammont ta’ elettriku rinnovabbli fornut lis-settur tat-trasport jiġi ddeterminat billi l-ammont ta’ elettriku fornut lil dak is-settur jiġi mmultiplikat bis-sehem medju ta’ elettriku rinnovabbli fornut fit-territorju tal-Istat Membru fis-sentejn preċedenti, sakemm l-elettriku ma jinkisibx minn konnessjoni diretta ma’ installazzjoni li tiġġenera elettriku rinnovabbli u jiġi fornut lis-settur tat-trasport, f’liema każ, l-elettriku għandu jingħadd bis-sħiħ bħala rinnovabbli u l-elettriku ġġenerat minn vettura elettrika solari u użat għall-konsum tal-vettura nnifisha jista’ jingħadd bis-sħiħ bħala rinnovabbli;
(iv)
is-sehem ta’ bijokarburanti u ta’ bijogass prodotti mill-materja prima elenkata fil-Parti B tal-Anness IX fil-kontenut enerġetiku tal-karburanti u tal-elettriku fornuti lis-settur tat-trasport għandu, ħlief f’Ċipru u f’Malta, ikun limitat għal 1,7 %.;
(d)
it-tnaqqis fl-intensità tal-gassijiet serra mill-użu tal-enerġija rinnovabbli jiġi ddeterminat billi l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-użu tal-bijokarburanti, tal-bijogass, tal-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika u tal-elettriku rinnovabbli pprovdut lill-modi kollha tat-trasport jiġi diviż bil-linja bażi; l-Istati Membri jistgħu jqisu l-karburanti tal-karbonju riċiklat.
L-Istati Membri jistgħu, meta ġustifikati, iżidu l-limitu msemmi fl-ewwel subparagafu, il-punt(c)(iv), ta’ dan il-paragrafu, filwaqt li jqisu d-disponibbiltà tal-materja prima elenkata fil-Parit B tal-Anness IX. Kwalunkwe żieda tali għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni, flimkien mar-raġunijiet għaliha, u. għandha tkun soġġetta għal approvazzjoni mill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 27 2.
|
Għall-kalkolu tal-ishma minimi msemmija fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(i) u l-punt (b), għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:
(a)
għall-kalkolu tad-denominatur, jiġifieri l-ammont ta’ enerġija kkunsmata fis-settur tat-trasport, għandhom jitqiesu l-elettriku u l-karburanti kollha fornuti lis-settur tat-trasport;
(b)
għall-kalkolu tan-numeratur, jiġifieri l-ammont ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli kkunsmata fis-settur tat-trasport għall-finijiet tal-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, għandu jitqies il-kontenut enerġetiku tat-tipi kollha ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fornuta lill-modi kollha ta’ trasport, inkluż lil bunkers marittimi internazzjonali, fit-territorju ta’ kull Stat Membru; l-Istati Membri jistgħu jqisu l-karburanti tal-karbonju riċiklat;
(c)
is-sehem ta’ bijokarburanti u bijogass prodotti mill-materja prima elenkata fl-Anness IX u karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika għandhom jitqiesu bħala darbtejn il-kontenut enerġetiku tiegħu;
(d)
is-sehem ta’ elettriku rinnovabbli għandu jitqies bħala erba’ darbiet il-kontenut enerġetiku tiegħu meta jiġi fornut lill-vetturi bit-triq u jista’ jitqies bħala 1,5 darba il-kontenut enerġetiku meta jiġi fornut lit-trasport bil-ferrovija;
(e)
is-sehem ta’ bijokarburanti u ta’ bijogass avvanzati prodotti mill-materja prima elenkata fil-Parti A tal-Anness IX fornuti fil-modi ta’ trasport tal-avjazzjoni u dawk marittimi għandhom jitqiesu bħala 1,2 darba l-kontenut enerġetiku tagħhom u s-sehem ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika fornuti fil-modi ta’ trasport tal-avjazzjoni u dawk marittimi għandhom jitqiesu bħala 1,5 darba) il-kontenut enerġetiku tagħhom;
(f)
is-sehem ta’ bijokarburanti u ta’ bijogass prodotti mill-materja prima elenkata fil-Parti B tal-Anness IX fil-kontenut enerġetiku tal-karburanti u tal-elettriku fornuti lis-settur tat-trasport għandu, ħlief f’Ċipru u f’Malta, ikun limitat għal 1,7 %;
(g)
sabiex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ enerġija fornuta lis-settur tat-trasport, għandhom jintużaw il-valuri fir-rigward tal-kontenut tal-enerġija tal-karburanti tat-trasport stabbiliti fl-Anness III;
(h)
sabiex jiġi ddeterminat il-kontenut tal-enerġija tal-karburanti tat-trasport mhux inklużi fl-Anness III, l-Istati Membri għandhom jużaw l-istandards Ewropej rilevanti għad-determinazzjoni tal-valuri kalorifiċi tal-karburanti, jew fejn l-ebda standard Ewropew ma jkun ġie adottat għal dak l-għan, l-istandards tal-ISO rilevanti;
(i)
l-ammont ta’ elettriku rinnovabbli fornut lis-settur tat-trasport għandu jiġi ddeterminat billi l-ammont ta’ elettriku fornut lil dak is-settur jiġi mmultiplikat bis-sehem medju ta’ elettriku rinnovabbli fornut fit-territorju tal-Istat Membru fis-sentejn preċedenti, sakemm l-elettriku ma jinkisibx minn konnessjoni diretta ma’ installazzjoni li tiġġenera elettriku rinnovabbli u jiġi fornut lis-settur tat-trasport, f’liema każ dak l-elettriku għandu jingħadd bis-sħiħ bħala rinnovabbli ul-elettriku ġġenerat minn vettura elettrika solari u użat għall-konsum tal-vettura nnifisha jista’ jingħadd bis-sħiħ bħala rinnovabbli.
L-Istati Membri jistgħu, meta jkun ġustifikat, iżidu l-limitu msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (f), ta’ dan il-paragrafu, filwaqt li jqisu d-disponibbiltà tal-materja prima elenkata fil-Parti B tal-Anness IX. Kwalunkwe żieda tali għandha tiġi notifikata lill-Kummissjoni, flimkien mar-raġuni għaliha, u għandha tiġi soġġetta għal approvazzjoni mill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 27 3.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 35 biex temenda din id-Direttiva billi tadatta l-limitu tas-sehem tal-bijokarburanti u tal-bijogass prodotti mill-materja prima elenkata fil-Parti B tal-Anness IX abbażi ta’ valutazzjoni tad-disponibbiltà tal-materja prima. Il-limitu għandu jkun mill-anqas 1,7 %. Jekk il-Kummissjoni taddotta tali att delegatil-limitu stabbilit fih għandu japplikaw wkoll għall-Istati Membri li jkunu kisbu approvazzjoni mill-Kummissjoni biex jiżdied il-limitu, f’konformità mal-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, jew paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu, wara perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ ħames snin, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istat Membru li japplika qabel dak il-limitu l-ġdid. L-Istati Membri jistgħu japplikaw għal approvazzjoni ġdida mingħand il-Kummissjoni għal żieda mil-limitu stabbilit fl-att delegat f’konformità mal- paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, jew paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 27 4.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 35 biex temenda din id-Direttiva billi tadattail-karburanti tat-trasport u l-kontenut enerġetiku tagħhom, kif stabbilit fl-Anness III, f’konformità mal-progress xjentifiku u tekniku.
|
|
Artikolu 27 5.
|
Għall-finijiet tal-kalkoli msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), u fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-ammont ta’ enerġija fornuta lis-settur tat-trasport marittimu għandu, bħala proporzjon tal-konsum finali gross tal-enerġija ta’ dak l-Istat Membru, jitqies li ma jkunx aktar minn 13 %. Fil-każ ta’ Ċipru u ta’ Malta, l-ammont ta’ enerġija kkunsmata fis-settur tat-trasport marittimu għandu, bħala proporzjon tal-konsum finali gross tal-enerġija ta’ dawk l-Istati Membri, jitqies li ma jkunx aktar minn 5 %. Dan il-paragrafu għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2030.
|
|
Artikolu 27 6.
|
Meta l-elettriku jintuża għall-produzzjoni ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika, direttament jew għall-produzzjoni ta’ prodotti intermedji, is-sehem medju ta’ elettriku minn sorsi rinnovabbli fil-pajjiż tal-produzzjoni, kif imkejjel sentejn qabel is-sena inkwistjoni, għandu jintuża biex jiġi ddeterminat is-sehem tal-enerġija rinnovabbli. Madankollu, l-elettriku miksub minn konnessjoni diretta ma’ installazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli jista’ jingħadd bis-sħiħ bħala rinnovabbli fejn jintuża għall-produzzjoni ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika dment li l-installazzjoni:
(a)
tibda taħdem wara, jew fl-istess ħin tal-installazzjoni li tipproduċi karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika; u
(b)
ma tkunx konnessa mal-grilja, jew tkun konnessa mal-grilja iżda tkun tista’ tingħata evidenza li l-elettriku kkonċernat ikun ġie fornut mingħajr ma jkun ittieħed l-elettriku mill-grilja.
L-elettriku li ttieħed mill-grilja jista’ jingħadd bis-sħiħ bħala rinnovabbli sakemm ikun prodott esklużivament minn sorsi rinnovabbli u jkunu ntwerew il-proprjetajiet rinnovabbli u l-kriterji xierqa l-oħra, waqt li jiġi żgurat li l-karatteristiċi rinnovabbli ta’ dak l-elettriku jiġu magħduda darba biss u biss f’settur ta’ użu finali wieħed. Sal-31 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 35 biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi metodoloġija tal-Unjoni li tiddefinixxi regoli dettaljati li bihom l-operaturi ekonomiċi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-tieni u fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Sal-1 ta’ Lulju 2028, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li fih tivvaluta l-impatt tal-metodoloġija tal-Unjoni stabbilita skont ir-raba’ subparagrafu, inkluż l-impatt tal-addizzjonalità u l-korrelazzjoni temporali u ġeografika fuq il-kostijiet ta’ produzzjoni, l-iffrankar fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u s-sistema tal-enerġija. Dak ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jivvaluta, b’mod partikolari, l-impatt fuq id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà ekonomika tal-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika għas-setturi tal-industrija u tat-trasport u fuq il-kapaċità li l-Unjoni tilħaq il-miri tagħha marbuta mal-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika filwaqt li titqies l-istrateġija tal-Unjoni għall-idroġenu importat u intern skont l-Artikolu 22a u, fl-istess ħin, titnaqqas sal-minimu ż-żieda fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fis-settur tal-elettriku u fis-sistema ġenerali tal-enerġija. Jekk dan ir-rapport jikkonkludi li r-rekwiżiti ma jirnexxilhomx jiżguraw biżżejjed d-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà ekonomika tal-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika għas-setturi tal-industrija u tat-trasport u ma jikkontribwux b’mod sostanzjali għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, għall-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija u għall-ilħuq tal-miri tal-Unjoni stabbiliti għall-2030 marbuta mal-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-metodoloġija tal-Unjoni u għandha, fejn xieraq, tadotta att delegat skont l-Artikolu 35 biex temenda tali metodoloġija, ħalli tforni l-aġġustamenti neċessarji rigward il-kriterji stabbiliti fit-tieni u fit-tielet subparagrafi ta’ dan il-paragrafu bil-għan li taġevola ż-żieda tal-industrija tal-idroġenu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|