|
+Artikolu 27 2. |
Artikolu 27 2.Għall-kalkolu tal-ishma minimi msemmija fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(i) u l-punt (b), għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:
(a)
għall-kalkolu tad-denominatur, jiġifieri l-ammont ta’ enerġija kkunsmata fis-settur tat-trasport, għandhom jitqiesu l-elettriku u l-karburanti kollha fornuti lis-settur tat-trasport;
(b)
għall-kalkolu tan-numeratur, jiġifieri l-ammont ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli kkunsmata fis-settur tat-trasport għall-finijiet tal-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, għandu jitqies il-kontenut enerġetiku tat-tipi kollha ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fornuta lill-modi kollha ta’ trasport, inkluż lil bunkers marittimi internazzjonali, fit-territorju ta’ kull Stat Membru; l-Istati Membri jistgħu jqisu l-karburanti tal-karbonju riċiklat;
(c)
is-sehem ta’ bijokarburanti u bijogass prodotti mill-materja prima elenkata fl-Anness IX u karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika għandhom jitqiesu bħala darbtejn il-kontenut enerġetiku tiegħu;
(d)
is-sehem ta’ elettriku rinnovabbli għandu jitqies bħala erba’ darbiet il-kontenut enerġetiku tiegħu meta jiġi fornut lill-vetturi bit-triq u jista’ jitqies bħala 1,5 darba il-kontenut enerġetiku meta jiġi fornut lit-trasport bil-ferrovija;
(e)
is-sehem ta’ bijokarburanti u ta’ bijogass avvanzati prodotti mill-materja prima elenkata fil-Parti A tal-Anness IX fornuti fil-modi ta’ trasport tal-avjazzjoni u dawk marittimi għandhom jitqiesu bħala 1,2 darba l-kontenut enerġetiku tagħhom u s-sehem ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika fornuti fil-modi ta’ trasport tal-avjazzjoni u dawk marittimi għandhom jitqiesu bħala 1,5 darba) il-kontenut enerġetiku tagħhom;
(f)
is-sehem ta’ bijokarburanti u ta’ bijogass prodotti mill-materja prima elenkata fil-Parti B tal-Anness IX fil-kontenut enerġetiku tal-karburanti u tal-elettriku fornuti lis-settur tat-trasport għandu, ħlief f’Ċipru u f’Malta, ikun limitat għal 1,7 %;
(g)
sabiex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ enerġija fornuta lis-settur tat-trasport, għandhom jintużaw il-valuri fir-rigward tal-kontenut tal-enerġija tal-karburanti tat-trasport stabbiliti fl-Anness III;
(h)
sabiex jiġi ddeterminat il-kontenut tal-enerġija tal-karburanti tat-trasport mhux inklużi fl-Anness III, l-Istati Membri għandhom jużaw l-istandards Ewropej rilevanti għad-determinazzjoni tal-valuri kalorifiċi tal-karburanti, jew fejn l-ebda standard Ewropew ma jkun ġie adottat għal dak l-għan, l-istandards tal-ISO rilevanti;
(i)
l-ammont ta’ elettriku rinnovabbli fornut lis-settur tat-trasport għandu jiġi ddeterminat billi l-ammont ta’ elettriku fornut lil dak is-settur jiġi mmultiplikat bis-sehem medju ta’ elettriku rinnovabbli fornut fit-territorju tal-Istat Membru fis-sentejn preċedenti, sakemm l-elettriku ma jinkisibx minn konnessjoni diretta ma’ installazzjoni li tiġġenera elettriku rinnovabbli u jiġi fornut lis-settur tat-trasport, f’liema każ dak l-elettriku għandu jingħadd bis-sħiħ bħala rinnovabbli ul-elettriku ġġenerat minn vettura elettrika solari u użat għall-konsum tal-vettura nnifisha jista’ jingħadd bis-sħiħ bħala rinnovabbli. L-Istati Membri jistgħu, meta jkun ġustifikat, iżidu l-limitu msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (f), ta’ dan il-paragrafu, filwaqt li jqisu d-disponibbiltà tal-materja prima elenkata fil-Parti B tal-Anness IX. Kwalunkwe żieda tali għandha tiġi notifikata lill-Kummissjoni, flimkien mar-raġuni għaliha, u għandha tiġi soġġetta għal approvazzjoni mill-Kummissjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|