+Artikolu 28 Dispożizzjonijiet oħra dwar l-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-trasport
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 5.
---+Artikolu 28 6.
---+Artikolu 28 7.

Artikolu 28 Dispożizzjonijiet oħra dwar l-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-trasport

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 28 1.
Bil-ħsieb li jiġi minimizzat ir-riskju li kunsinni individwali jiġu ddikjarati aktar minn darba fl-Unjoni, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom isaħħu l-kooperazzjoni fost is-sistemi nazzjonali u bejn is-sistemi nazzjonali u skemi u l-verifikaturi volontarji stabbiliti skont l-Artikolu 30, inkluż, fejn adatt, bl-iskambju ta' data. Fejn l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru wieħed tissuspetta jew tiskopri frodi hija għandha, fejn xieraq, tinforma lill-Istati Membri l-oħra.
Artikolu 28 5.
Sat-30 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 35 biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tispeċifika l-metodoloġija biex tiddetermina s-sehem tal-bijokarburanti, u tal-bijogass għat-trasport, li jirriżultaw mill-bijomassa li tkun qed tiġi pproċessata ma’ karburanti fossili fi proċess komuni.
Artikolu 28 6.
Sal-25 ta’Ġunju 2019 u kull sentejn wara din id-data, il-Kummissjoni għandha il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-lista tal-materja prima stabbilita fil-Partijiet A u B tal-Anness IX bil-ħsieb li żżid materja prima skont il-prinċipji stabbilita fit-tielet subparagrafu.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 35 biex temenda l-lista tal-materja prima stabbilita fil-Partijiet A u B tal-Anness IX billi żżid materja prima, iżda mhux biex tneħħiha. Il-materja prima li tista' tiġi pproċessata biss b'teknoloġiji avvanzati għandha tiżdied mal-Parti A tal-Anness IX. Il-materja prima li tista' tiġi pproċessata f'bijokarburanti, jew f'bijogass għat-trasport, b'teknoloġiji maturi għandha tiżdied mal-Parti B tal-Anness IX.

Tali atti delegati għandhom ikun ibbażat fuq analiżi tal-potenzjal tal-materja prima bħala materja prima għall-produzzjoni ta' bijokarburanti u bijogass għat-trasport, b'kont meħud ta' dan li ġej kollu:

(a) 

il-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u tal-ġerarkija tal-iskart stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE;

(b) 

il-kriterji ta' sostenibbiltà tal-Unjoni stipulati fl-Artikolu 29(2) sa (7);

(c) 

il-ħtieġa li jiġu evitati effetti distorsivi sinifikanti fuq is-swieq għal prodotti (sekondarji), skart jew residwi;

(d) 

il-potenzjal li jwassal għall-iffrankar sostanzjali tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra meta mqabbla ma' karburanti fossili abbażi ta' valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-emissjonijiet;

(e) 

il-ħtieġa li jiġu evitati impatti negattivi fuq l-ambjent u l-bijodiversità; u

(f) 

il-ħtieġa li jiġi evitat il-ħolqien ta' domanda addizzjonali għall-art.

Artikolu 28 7.
Sal-31 ta’ Diċembru 2025, fil-kuntest ta’ valutazzjoni biennali tal-progress imwettaq skont ir-Regolament (UE) 2018/1999, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk l-obbligu fir-rigward ta’ bijokarburanti avvanzi u ta’ bijogass prodotti minn materja prima elenkata fil-Parti A tal-Anness IX ta’ din id-Direttiva stipulat fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b) ta’ din id-Direttiva jistimulax b’mod effettiv l-innovazzjoni u jiżgura l-iffrankar ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra fis-settur tat-trasport. Il-Kummissjoni għandha tanalizza f’dik l-evalwazzjoni jekk l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu effettivament tevitax l-għadd doppju ta’ enerġija rinnovabbli.

Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta biex temenda l-obbligu fir-rigward ta’ bijokarburanti avvanzati u ta’ bijogass prodotti minn materja prima elenkata fil-Parti A tal-Anness IX stipulat fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.